Home > Ġenerali > L-aħħar sinjal qawwi ta’ Indifferenza Globizzata

L-aħħar sinjal qawwi ta’ Indifferenza Globizzata


IL-ĠISEM BLA ĦAJJA TAT-TIFEL SIRJAN

tifel_sirjan_mejjet Il-Ħamis, 3 ta’ Settembru 2015: Il-ġisem bla ħajja ta’ Aylan Kurdi, t-tifel ckejken ta’ sentejn li l-baħar radd lill-art sar l-aħħar sinjal qawwi tal-indifferenza globalizzata li tant ilu jwissi dwarha l-Papa Franġisku.  It-tfajjel Sirjan, misjub wiċċu ‘l isfel f’xifer ix-xatt tat-Turkija, kien bħal donnu rieqed, fil-qagħda li jħobbu jorqdu tant tfal żgħar, imma t-traġedja hi li ġismu kien bla ħajja, bil-mewġiet ħfief tal-baħar iħabbtu ma wiċċu. Huwa kien liebes T-short aħmar u qalziet qasir blu, waqt li f’riġlejh kellu żarbun żgħir maqful b’ċinga tal-velkro. Fit-tieni ritratt huwa jidher fuq ix-xelluq ma’ ħuh akbar minnu. 

tifel-sirjan-ma-huhL-istess xatt, ftit tal-ħin wara, kien miżgħud bl-ghawwiema, bosta minnhom turisti, igawdu l-vaganzi tagħhom, għax kif jgħidu l-Ingliżi, “life must go on”.  Imma dan mhux għal kulħadd.  Jalla din ix-xena traġika ma titħassar qatt minn moħħna sakemm mis-soċjetà tagħna tgħib għall-kollox din l-indifferenza globalizzata li qed tifni l-umanità.

JIENA U INTI, kif nistgħu nagħtu s-sehem tagħna sabiex tinqered minn fostna din il-kultura tal-mewt li kuljum qed tkun manifestata b’bosta manjieri u f’tant każi?

Categories: Ġenerali
  1. Pullu Frendo
    September 4, 2015 at 10:56 am

    Dak it-tifel huwa hija, jekk tassew nemmen li Alla l-Imbierek Huwa il-Missier taghna lkoll.

  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: