Home > Leħen is-Sewwa > Żjarat ta’ kortesija lill-Isqof t’Għawdex u lill-Vigarju Ġenerali

Żjarat ta’ kortesija lill-Isqof t’Għawdex u lill-Vigarju Ġenerali


Is-Sur Stephen Axisa, id-Direttur Nazzjonali tal-Aid to the Church in Need (Malta) għamel żjarat ta’ kortesija lill-Isqof t’Għawdex Mario Grech u lill-Vigarju Ġenerali Fr Joe Galea Curmi. Is-Sur Axisa waqt li rringrazzja lill-Isqof Grech tal-koperazzjoni li l-organizzazzjoni tiegħu dejjem sabet mid-Djoċesi t’Għawdex, tah dettalji dwar il-ħidma li qed twettaq l-Aid to the Church in Need kemm fuq livell internazzjonali kif ukoll fuq livell lokali. L-Isqof t’Għawdex apprezza l-ħidma li wettqet s’issa l-ACN (Malta) u ta l-barka tiegħu għall-ħidma tagħha fis-snin li ġejjin.

Id-Direttur Nazzjonali tal-ACM (Malta) ippreżenta kuruna tar-rużarju tal-Ħajja kkonsagrata lill-Isqof Grech bħala apprezzament tal-ħidma pastorali tiegħu.

Is-Sur Axisa ltaqa’ wkoll ma’ Fr. Joe Galea Curmi, il-Vigarju Ġenerali u assigura l-koperazzjoni tal-Aid to the Church in Need (Malta) mal-Knisja lokali. Kuruna tar-Rużarju tal-Ħajja kkonsagrata ġiet ippreżentata wkoll lilu bħala apprezzament tal-ħidma li wettaq matul il-ħajja kkonsagrata tiegħu u awguralu kull suċċess fil-ħidma pastorali ta’ Vigarju Ġenerali

Categories: Leħen is-Sewwa
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: