Home > Editorjal, Leħen is-Sewwa > X’qal verament il-Papa dwar il-familji muġugħa

X’qal verament il-Papa dwar il-familji muġugħa


L-Editorjal

Id-diskors tal-Papa Franġisku fl-Udjenza Ġenerali tal-Erbgħa 5 t’Awissu seta’ ħasad lil wħud partikolarment jekk dawn ma segwewx l-udjenza u qagħdu fuq dak li semgħu fl-aħbarijiet lokali li tawna x’nifhmu li l-Papa donnu biddel it-tagħlim ta’  Kristu kif dejjem kien u għadhu mgħallem mill-Knisja.

X’qal verament il-Papa dwar il-familji muġugħa? Hu semma’ erba’ punti. L-ewwel kif għandna nieħdu ħsieb lil dawk li ż-żwieġ tagħhom falla u m’hemmx tama li jirranġa. It-tieni li l-Knisja ma tippermettix li d-divorzjati miżżewġa mill-ġdid jersqu lejn it-tqarbin. It-tielet li dawn għandhom ikunu stmati, maħbuba u aċċettati għax għadhom ulied il-Knisja, għadhom fil-Knisja u mhumiex maqtugħa mill-Knisja. U r-raba’ li fil-Knisja mhemm l-ebda bieb magħluq u kulħadd mhux biss jista’ imma għandu jibqa’ jieħu sehem fil-ħajja tagħha.

Il-ġurnalisti meta qed jirrappurtaw diskors bħal dak tal-Papa għandhom ikunu fidili lejn id-diskors, it-text, u allura huma obbligati li jwasslu informazzjoni sħiħa u vera. Il-bqija għandu raġun iċ-ċittadin jgħid li qed ngħixu fi żmien li ma tista’ temmen lil ħadd. Kif l-aħbarijiet qed jiġu manipulati.

Għandu raġun jikteb il-korrispondent regolari ta’ din il-gazzetta J.M. Bonnici li jekk nafu li b’ġurnalisti u opinjonisti li mhumiex jagħtu lis-semmiegħa, lit-telespetturi u lill-qarrejja informazzjoni sħiħa u vera allura hu dmir ta’ dawn tal-aħħar li jfittxu dak li hu dritt tagħhom. Li jkunu jafu t-tajjeb u l-ħażin. Li jkollhom l-informazzjoni sħiħa u vera.

Min hu bil-għaqal u responsabbli ta’ għemilu jkun qed jaqdi dmiru meta jfittex u jqabbel, jagħrbel u jiżen, l-informazzjoni li jingħata u, wara li jifforma ġudizzju, jieħu azzjoni. Il-fanatiku, imbagħad, hu l-akbar trux u għama għax ma jridx jisma’ u jara.

Quddiem sitwazzjoni bħal din jekk mhux se nqumu biex niġu magħduda se nkunu bħal dawk il-ġurnalisti u opinjonisti li llum huma għodda tajba biex il-ħażen jinxtered u jagħmel ħsara!

Categories: Editorjal, Leħen is-Sewwa
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: