Home > Leħen is-Sewwa > Stedina li-Tfal u liż-Żgħażagħ

Stedina li-Tfal u liż-Żgħażagħ


Hu importanti li fis-sajf it-tfal u ż-żgħażagħ ikomplu jaqraw għall-gost ħalli jsostnu u ma jitilfux dak li jkunu kisbu matul is-sena. Għal dan l-iskop trid issir ħidma biex it-tfal u ż-żgħażagħ jitħajru u jitħeġġu jaqraw kemm jifilħu anki fis-sajf.

Riċerka turi li l-istudenti li jaqraw fis-sajf imorru aħjar fl-iskola; li l-istudenti li ma jaqrawx fis-sajf jitilfu l-benefiċċji ta’ madwar xahrejn tagħlim li jkunu ħadu mill-iskola; li l-istudenti li jieħdu gost jaqraw imorru aħjar fl-iskola minn dawk li ma jieħdux u li l-istudenti li jagħżlu huma x’kotba jaqraw, jaqraw ħafna aktar kotba minn sħabhom.

Skont l-istess riċerka l-istudenti li tul is-snin tal-edukazzjoni primarja tagħhom ma jmissux ktieb b’idejhom fis-sajf, sal-aħħar tal-primarja jaqgħu lura b’sentejn fit-tagħlim ħdejn sħabhom li jaqraw.

Fid-dawl ta’ dan, il-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol nieda l-kampanja Aqra fis-Sajf biex iħeġġeġ lill-istudenti jaqraw kemm jifilħu. Biex il-kampanja tkun suċċess, l-istudenti jrid ikollhom il-kotba f’idejhom jew ikollhom aċċess għall-kotba.

Għaldaqstant kull ġimgħa animaturi mħarrġa mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu qegħdin fl-iSkolasajf  jaqraw mat-tfal stejjer bil-Malti u bl-Ingliż. Barra minn dan, l-iskejjel medji ko-ed tan-Naxxar u Ħal Tarxien u l-iskejjel sekondarji ta’ Ħal Kirkop (subien), il-Ħamrun (subien), il-Ħamrun (il-Liċeo), il-Mosta (bniet u subien), in-Naxxar (subien), Santa Luċija (bniet), Tas-Sliema (subien), Verdala (subien), iż-Żejtun (bniet) u Victoria (subien) qed jiftħu l-librerija tal-iskola tagħhom għall-istudenti li jattendu l-istess skejjel darba fil-ġimgħa.

L-entità Libreriji Maltin żiedet il-ġranet u l-ħinijiet tal-ftuħ tal-libreriji pubbliċi li tamministra fi 22 lokalità.

Categories: Leħen is-Sewwa
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: