Home > Leħen is-Sewwa > Messaġġ ċar kif nistgħu naslu għall-ħajja ta’ dejjem

Messaġġ ċar kif nistgħu naslu għall-ħajja ta’ dejjem


L-20 Ħadd ta’ Matul is-Sena (Ġw. 6: 51-58)

Victor Mifsud

Ġesù ġie fid-dinja u ħa sura ta’ bniedem. F’din is-silta Ġesù iqabbel lilu nnifsu bħal ħobż li nieklu kuljum, l-ikel u x-xorb li huma essenżjali għall-ġisem uman tagħna biex jgħix minn jum għal jum sakemm immutu.  Imma Ġesù jirriferi għall-ħobż li jagħti l-ħajja wara l-mewt. Il-ħajja ta’ dejjem. Ġesù joffri lilu nnifsu bħala l-ħaruf tas-sagrifiċċju li permezz tiegħu hu jagħti l-ħajja ta’ wara l-ħajja ta’ din id-dinja. Il-poplu Lhudi li għadda minn tant sagrifiċċji u ġuħ baqa’ jittama fil-Messija li kellu jġiblu l-ġid f’din l-art. Ma fehemx dak li Ġesù kien qed jgħidilhom li hu ma kienx ta’ din id-dinja.

Din hi stqarrija qawwija fejn il-ġisem u d-demm ta’ Ġesù jitqablu mal-ħobż u x-xorb ta’ kuljum imma ma jwasslux għall-istess ħajja. L-ikel ta’ din id-dinja jagħti l-ħajja sakemm tasal il-mewt imma dak li tana Ġesù u l-Bxara t-Tajba biex inħobbu lil xulxin twassal għal ħajja ġdida wara l-mewt f’din id-dinja.

Ġesù bħala l-Iben ta’ Alla niżel mis-sema, għix ta’ bniedem u miet, qam minn bejn l-imwiet u reġa’ tela’ s-sema.

B’din it-tixbiħa u twiddiba għandna messaġġ ċar li jekk nimxu fuq il-passi u t-tagħlim ta’ Ġesù nistgħu naslu għal dik il-ħajja ta’ dejjem.

Categories: Leħen is-Sewwa
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: