Home > Leħen is-Sewwa > Jeżistu ħafna affarijiet sbieħ

Jeżistu ħafna affarijiet sbieħ


Il-Papa Franġisku f’laqgħa maż-żgħażagħ

Il-Papa Franġisku ltaqa’ ma’ aktar minn 1,500 żagħżugħ u żagħżugħa minn madwar id-dinja membri tal-Moviment Ewkaristiku taż-Żgħażagħ.  Il-laqgħa mal-Papa kienet il-qofol ta’ Laqgħa Internazzjonali tal-Moviment li din is-sena qed jiċċelebra l-ewwel ċentinarju tiegħu.

Matul il-laqgħa mal-Papa sitt parteċipanti kellhom l-opportunità li jsellmu lill-Papa personalment u jistaqsuh mistoqsijiet dwar kwistjonijiet li qed iħabbtu wiċċhom magħhom fil-ħajja ta’ kuljum.

Il-Papa Franġisku wieġeb mistoqsijiet dwar it-tensjonijiet u l-kunflitti li jeżistu fil-familji u fis-soċjetà; id-dixxerniment bejn paċi falza u dik vera; sinjali ta’ tama fid-dinja u dwar kif wieħed jista’  jsaħħaħ ir-relazzjoni tiegħu ma’ Ġesù fl-Ewkaristija.

Fi tmiem it-tweġibiet tiegħu l-Papa Franġisku wassal messaġġ ta’ tama: “Id-dinja hi mdawra b’ħafna affarijiet koroh iżda jeżistu wkoll ħafna affarijiet sbieħ u għandna ħafna qaddisin mistura fost il-poplu ta’ Alla”.

Il-Moviment Ewkaristiku taż-Żgħażagħ, moviment internazzjonali ekkleżjastiku għall-formazzjoni Nisranija tat-tfal u ż-żgħażagħ, għandu l-iskop li jgħallimhom jgħixu bil-mod kif għex Ġesù billi jiggwidahom ħalli jkollhom relazzjoni intima Miegħu bbażata fuq l-ispiritwalità Ewkaristika. Il-Moviment jippreparahom jgħixu bħala adulti Nsara impenjati biex iservu lil ħuthom f’dinja sekularizzata u inġusta.

Categories: Leħen is-Sewwa
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: