Home > Leħen is-Sewwa > It-tkasbir tar-reliġjon m’għandux jitneħħa minn reat kriminali

It-tkasbir tar-reliġjon m’għandux jitneħħa minn reat kriminali


Il-Knisja f’Malta ma taqbilx li t-tkasbir tar-reliġjon jitneħħa minn reat kriminali. Lanqas ma taqbel mad-dekriminalizzazzjoni tal-pornografija. Il-pożizzjoni tal-Knisja tinsab f’dokument li l-Arċisqof Charles J. Scicluna u l-Isqof t’Għawdex Mario Grech ippreżentaw lill-Prim Ministru Joseph Muscat waqt laqgħa f’Kastilja.

Wara li x-xahar l-ieħor il-Gvern ħabbar emendi għall- Kodici Kriminali biex titneħħa ċ-ċensura tal-pornografija u biex t-tkasbir tar-reliġjon ma jibqax jitqies bħala reat kriminali iżda jkun meqjus bħala kontravenzjoni, il-Kurja fid-dokument ippreżentat lill-Prim Ministru spjegat l-oġġezzjonijiet tagħha għal dawn l-emendi.

Fid-dokument, il-Knisja jsostni li l-Kostituzzjoni tpoġġi r-reliġjon Kattolika fuq l-istess livell ma’ simboli nazzjonali oħra fosthom ir-Repubblika, il-bandiera nazzjonali, l-innu nazzjonali, l-ilsien Malti u l-Kostituzzjoni nnifisha. Għalhekk l-Knisja targumenta li ma jagħmilx sens li t-tkasbir ta’ ħamsa minn dawn l-elimenti jibqa’ reat filwaqt li t-tkasbir tar-reliġjon ma jibqax.

Il-Knisja qalet li t-tkasbir tal-ebda reliġjon jew fidi m’għandu jkun permissibbli.

Dwar il-produzzjoni u t-tqassim tal-pornografija, il-Knisja qalet li l-ħarsien tal-moralità pubblika hu fundamentali u jiżboq kull dritt fundamentali tal-bniedem inkluż dak li wieħed jagħmel il-profitt. Hi wissiet li l-kummerċjalizzazzjoni tal-ġisem tal-bniedem tagħmel ħsara lid-dinjità tiegħu.

Il-Knisja qalet ukoll li t-tagħlim tagħha li s-sess u s-sesswalità mhumiex biss għall-pjaċir iżda huma doni li għandhom jinqasmu ma’ ħaddieħor f’relazzjoni.

Il-Knisja ssostni li l-liċenzjar tal-ħwienet tal-adulti, magħrufa bħala sex shops m’għandu x’jaqsam xejn mal- libertà tal-espressjoni iżda hu biss parti mill-industrija tas-sess.

Dan id-dokument tħejja minn grupp ta’ esperti mwaqqaf apposta mill-Isqfijiet. Il-grupp tmexxa mill-moralista l-Professur Dun Emmanuel Agius u kien jinkludi tliet qassisin avukati, Imħallef irtirat, id-Dekan tal-Fakultà tal-Liġi fl-Università ta’ Malta, avukat u teologa.

Categories: Leħen is-Sewwa
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: