Home > Leħen is-Sewwa > Intietef

Intietef


Emanuel Bartolo

One Stop Shop

Sinċerament ma nafx x’sar mill-għajta l-ewwel ta’ Gvern u issa t’ieħor dwar il-one stop shop. Ta’ post wieħed mnejnt tinqeda għall-ħtiġiet kollha tiegħek u mhux toqgħod tiġri minn dipartiment għall-ieħor biex forsi, u jekk, tinqeda.  Dan l-aħħar membru tal-familja tiegħi wara snin separata minn ma’ żewġha kisbet id-divorzju l-ewwel ħaġa li ntalbet tagħmel mill-Qorti tal-Familja kienet li tmur ir-Reġistru Pubblika bis-sentenza tagħha ħalli terġa lura għa kunjom xbubitha u wara tmur tbiddel il-karta tal-identità eċċ.

Tgħidx kemm ġiri. Mill-Qorti għar-Reġistru Pubbliku fil-belt Valletta stess, imbagħad għall-Uffiċċju tal-Karti tal-Identità Blata l-Bajda, l-Uffiċċju tad-Dipartiment tat-Taxxi Nterni l-Floriana, id-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali l-Ħamrun, id-Dipartiment tal-VAT Birkirkara u ma nafx fejn kellha tmur aktar.

Naf żgur li żewġ nofs ta’ nhari ma kienux biżżejjed!

Issa li kieku fil-Qorti, fir-Reġsitru Pubbliku jew fid-Dipartiment tal-Karti tal-Identità hemm dan il-famuż One Stop Shop kieku din l-omm ma kenitx tinqeda għall-ħtiġiet kollha tagħha minn post wieħed u mhux qagħdet tiġri dan il-ġiri kollu?

Nixtieq sinċerament nisma’ x’sar minn din il-wiegħda taż-żewġ partiti u li ilha snin tinħema x’sar minnha? U llum mhemmx l-iskuża tal-ispazju, tar-riżorsi umani u tal-għodda biex taħdem. B’kompjuter mgħammra b’sistema elettronika tajba u effiċjenti f’daqsxejn ta’ rokna f’wieħed mill-ewwel dipartimenti fejn kellha tmur, ngħid fil-bini tal-Qorti tal-Familja u b’persuna waħda mħarrġa, din l-omm ma kienx ikollha għalfejn taħli aktar minn żewġ nofs ta’ nhari biex forsi tinqeda!

Awtorità bla snien…   għal ma’ min hu b’saħħtu

Miskin iċ-ċittadin li jkollu x’jaqsam mal-Awtorità tal-Ambjent u l-Ippjanar! Awtorità li turi sniena maċ-ċittadin iżda mhux ma’ min hu b’saħħtu bħal uħud. U jekk hawn min għandu dubju dwar dan m’għandux għalfejn jidħol f’każi partikolari. Biżżejjed iniżżel minn fuq il-website tar-radju RTK u jisma’ l-aħħar programm li l-preżentatur Tonio Bonello kellu maċ-Chairman tal-Awtorità l-Perit Cassar.

Isimgħu ftit kif wieġeb meta staqewh dwar fiera kbira organizzata x-xahar li għadda f’post f’Ħal Farruġ li ma nafx x’permessi għandu u għalxiex kemm mill-istess Awtorità kif ukoll minn entitajiet oħra tal-Gvern bħalma huma l-Pulizija, l-Awtorità tat-Turiżmu, il-Korporazzjoni Enemalta u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma. It-tajba hi li tul il-fiera kellna nies imqabbda jiġbru firem biex, fost oħrajn, il-kumpless jingħata permess għaż-żamma ta’ annimali f’dak li qed jissejjaħ żoo!

U xi ngħidu imbagħad għal li scrapyard li reġgħet ħadet in-nar f’Birżebbuġa fil-viċinanzi ta’ Għar Dalam. Niftaħru li dan mhux l-ewwel ħruq li kien hemm, li din li scrapyard kompliet iżżid fin-numru ta’ vetturi eċċ li għandha u fuq kollox li l-istess Awtorità ma rnexxiliex trazzan dan l-abbuż.

Miskin imbagħad min tella’ xi washroom fuq il-bejt xi filata ogħla milli suppost jew għamel fitħa kemmxejn iżgħar mill-permess mgħoti. Dan dan mill-ewwel jittieħdu passi kontrih b’penali ta’ ewros għaddejja minn fuqu sakemm iwaqqa’ jew jirranġa s-sitwazzjoni. U min jiflaħ tħallih iħawwel.

Categories: Leħen is-Sewwa
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: