Home > Leħen is-Sewwa > Il-każi ta’ annullamenti ta’ żwieġ quddiem il-Qorti tal-Knisja

Il-każi ta’ annullamenti ta’ żwieġ quddiem il-Qorti tal-Knisja


F’sentejn qed jinqatgħu

Każ ta’ annullament taż-żwieġ quddiem il-Qorti tal-Knisja qed idum ftit inqas minn sentejn biex jinqata’.  Dan qalu Monsinjur Carmelo Zammit, il-Vigarju Ġudizzjarju, fil-programm Il-polz taċ-ċittadin imxandar fuq Radju RTK.

Monsinjur Zammit li nħatar Vigarju Ġudizzjarju mill-Arċisqof Chrles J. Scicluna f’Ġunju li għadda qal li bħalissa hemm 220 każ ta’ annullament quddiem it-Tribunal Ekkleżjastiku. Madwar sitt snin ilu, meta nħatar Imħallef f’dan it-Tribunal, kien hemm 500 każ. Hu qal li fil-preżent qed jidħlu madwar 80 każ ta’ annullament fis-sena mqabbel mal-140 każ li kienu jidħlu kull sena qabel l-introduzzjoni tad-divorzju.

Dwar il-ħlas għal każ ta’ annullament, Monsinjur Zammit qal li każ jiġi jiswa madwar €1,500 u dan hu dovut l-aktar għall-ispejjeż tal-psikologu. Hu żied li jkun hemm każi ta’ individwi li ma jkunux jistgħu jħallsu. Hawnhekk il-każ xorta jkompli u jintemm.

Is-sena li għaddiet it-Tribunal kellu defecit ta’ madwar kwart ta’ miljun ewro.

Categories: Leħen is-Sewwa
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: