Home > Leħen is-Sewwa > DAWL FIT-TIEQA (2) – Żagħżugħ qalbieni għal biċċa xogħol tqila

DAWL FIT-TIEQA (2) – Żagħżugħ qalbieni għal biċċa xogħol tqila


Joe Galea

Fl-ewwel parti ta’ din l-istorja rajna kif il-kilba għall-flus kienet ġiebet ħsara fil-belt. Bil-parir tal-erimit, instab rimedju għal din il-marda tal-flus. Imma kien hemm bżonn ukoll sagrifiċċju minn xiħadd.

“Aħna żgur nistennewha”, ħalfu s-Sindku u l-Kunsillieri. B’xi mod jew ieħor irridu noħorġu minn din il-marda li nikktet il-belt tagħna”.

“U żvujtatilna l-kaxxa mill-flus”, kompla l-kaxxier tal-belt.

19. Iz-zaghzugh Gozwe 3 cols 1608L-għada fuq il-ħitan kollha tal-belt ħareġ il-bandu. “Meħtieġ żagħżugħ qalbieni biex iwettaq biċċa xogħol tqila”.

Ġew elfejn. Imma malli raw li m’hemmx qliegħ, reġgħu lura. Kollha, minbarra wieħed. Kien żagħżugħ b’saħħtu u sabiħ, imħasseb mill-marda li laqtet lin-nies tal-belt tiegħu u ltant nikktithom. Kien jismu Ġożwè.

Għalkemm ma kellhomx idea sew dwar x’hemm fuq il-Għolja li Tkanta, is-Sindku u l-Kunsillieri fissru lil Ġożwè x’kellu jagħmel.

“Ħallu f’idi. Nasal”, qal bil-kalma Ġożwè.

“Aħna nistennewk fil-belt”, wegħduh in-nies. “Nixegħlu dawl fit-twieqi l-iljieli kollha biex tkun taf li qed nistennewk”.

Ġozwè ħa miegħu sorra ħwejjeġ u ġo borza ftit ħobż u ġobon, bies lil ommu u lil missieru, għannaq lil Marija, il-maħbuba tiegħu, li qaltlu bil-mod: “Jien ukoll nistennik”. Sellem lil kulħadd u telaq.

Tama li ntfiet

Għal tlett ijiem Ġozwè mexa b’ħarstu lejn l-għoljiet li kienu jidhru fil-bogħod. Ħaseb: “Kif nasal hemm, ma ndumx ma nsib l-għolja li tkanta. Nismagħha u l-kant tagħha jurini t-triq”. Imma għarralu.

Wara għaxart ijem mixi, l-għoljiet baqgħu jidhru ‘l bogħod, qishom ġganti mimdudin. Imma Ġożwè ma waqafx. Ħsiebu baqa’ jdur fuq in-nies tal-belt li żgur qed jaħsbu fih u qed jistennew l-aktar f’ommu, f’missieru u f’Marija x’ħin kull filgħodu reġa’ beda t-triq, ukoll meta riġlejh bdew juġgħuh bil-mixi.

Għaddew għaxart ijiem oħra, imbagħad għaxar xhur.

Fil-belt, l-ewwel iljieli kienu tassew spettaklu. Fuq il-ħoġor ta’ kważi t-twieqi kollha kien hemm dawl jixgħel. Kienu s-sinjali tat-tama. In-nies tal-belt stennew l-ilma tal-imħabba li għandu jġibilhom Ġozwè. Imma iktar ma għadda ż-żmien, ħafna mid-dwal bdew jintfew. Xi wħud insewh għal kollox. Oħrajn, milquta mill-marda tat-tifdil, għaġġlu jitfuhom biex jiffrankaw.

Għaddew ix-xhur u n-nies tal-belt spiċċaw ixenglu rashom u jgħidu: “Ma mexxilux. Ma jiġix lura”. Kull lejl kien hemm dawl li ntefa’.

galeajosephm@gmail.com

Categories: Leħen is-Sewwa
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: