Home > Leħen is-Sewwa > Appell lill-umanità biex tinqata’ għal dejjem mill-gwerra

Appell lill-umanità biex tinqata’ għal dejjem mill-gwerra


Il-bombi atomiċi fuq Hiroshima u Nagasaki saru s-simbolu tal-qawwa distruttiva tal-bniedem meta juża ħażin l-avvanzi tiegħu fix-xjenza u t-teknoloġija u huma twissija permanenti lill-umanità biex tieħu impenn għall-paċi. an qalu l-Papa Franġisku wara l-Angelus tal-Ħadd meta fakkar il-ġrajjiet ta’ 70 sena ilu fil-Ġappun fejn seħħ il-bumbardament ta’ Hiroshima u Nagasaki. Ħafna snin wara, din il-ġrajja traġika għadha tqajjem sentimenti ta’ biza’. Hu appella lill-umanità biex tinqata’ għal dejjem mill-gwerra u tipprojbixxi l-armi nukleari u l-armi kollha tad-distruzzjoni tal-massa.

Dan l-anniversarju ikrah isejħilna fuq kollox biex nitolbu u naħdmu favur il-paċi u nxerrdu etika ta’ fraternità u klima ta’ koeżistenza paċifika fost il-popli madwar id-dinja kollha. Għandu jinstema’ leħen wieħed minn kull pajjiż: le għall-gwerra, le għall-vjolenza u iva għad-djalogu u l-paċi.

Il-gwerra hi dejjem telfa u l-unika rebħa fil-gwerra hi ma jkunx hemm gwerra.

Il-Papa Franġisku fl-aħħar tkellem ukoll dwar El Salvador li qed jiffaċċja żmien iebes minħabba ġuħ, il-kriżi ekonomika, konflitti soċjali serji u vjolenza dejjem akbar. Hu ħeġġeġ lill-poplu ta’ El Salvador biex jibqa’ magħqud fit-tama u biex jitlob ħalli fl-art tal-Beatu Oscar Romero jerġa’ jkun hemm il-ġustizzja u l-paċi.

Categories: Leħen is-Sewwa
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: