Home > Leħen is-Sewwa > AKTAR MINN 13,500 DOWNLOAD

AKTAR MINN 13,500 DOWNLOAD


Verżjoni ġdida tal-mobile phone application Malta Mass

Il-Knisja f’Malta, permezz tal-Uffiċċju Komunikazzjoni, nediet verżjoni ġdida u aġġornata tal-mobile phone application Malta Mass.  Din l-application tagħmilha faċli għall-pubbliku biex isib il-ħinijiet tal-Quddies fil-ġranet ta’ matul il-ġimgħa u fil-Ħdud u l-festi kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex. L-application tipprovdi l-faċilità li persuna tfittex Quddiesa fl-eqreb knisja jew f’lokalità u f’ħin skont il-preferenza tagħha u informazzjoni dwar il-lingwa li biha se tiġi ċċelebrata l-Quddiesa.

27. Malta Mass SC 1608Il-verżjoni l-ġdida tal-application tinkludi wkoll il-post u l-ħinijiet tal-ftuħ tal-kappelli tal-adorazzjoni, il-Vanġelu tal-jum u riflessjoni dwaru kif ukoll aħbarijiet li jittellgħu fuq is-sit uffiċjali tal-Knisja f’Malta http://www.thechurchinmalta.org

L-application tinkludi l-ħinijiet ta’ aktar minn 4,600 Quddiesa fil-ġimgħa fi 360 knisja jew kappella fejn isir Quddies b’mod regolari, f’70 parroċċa f’Malta u 14-il parroċċa f’Għawdex. Tinkludi wkoll l-informazzjoni ta’ 57 kappella tal-adorazzjoni li hawn f’Malta.

L-application tnediet għall-ewwel darba fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Komunikazzjoni Soċjali fl- 2012 u sal-lum aktar minn 13,530 persuna niżżluha fuq il-mobile tagħhom. L-application Malta Mass hi disponibbli b’xejn mil-link http://knisja.org/iOS u mill-Play Store (Link http://knisja.org/Android).

Categories: Leħen is-Sewwa
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: