Home > Leħen is-Sewwa > L-Isqof ta’ Għawdex jikteb ittra u jippreżenta rigal lit-tfajjel Karl Curmi

L-Isqof ta’ Għawdex jikteb ittra u jippreżenta rigal lit-tfajjel Karl Curmi


Għamel att ta’ karità

It-tfajjel ta’ għaxar snin Karl Curmi, mill-Belt Victoria, li nhar l-Erbgħa salva tarbija ta’ għoxrin xahar mill-għarqa fil-bajja ta’ Marsalforn, qal lill-ġurnalisti li intervistawh li ma qagħadx jaħsibha darbtejn li jaqbeż bil-ħwejjeġ b’kollox biex jagħti l-għajnuna tiegħu.

2. Prezentazzjoni DC 0908Karl hu magħruf bħala tifel b’qalbu tad-deheb, dejjem bit-tbissima, lest biex jgħin. Hu abbati fil-Parroċċa San Ġorġ u issa tiela’ fis-sitt sena tal-Primarja fil-Happy School ta’ belt twelidu.  Barra minn hekk, hu jattendi regolarment fil-Qasam tal-MUSEUM u kburi jġorr fuqu kull fejn imur il-badge tal-Verbum Dei, ħaġa li ftit għadek taraha fuq tfal oħra ta’ l-età tiegħu.

Il-ġest erojku li għamel jirrifletti pożittivament fuq it-trobbija tajba u l-formazzjoni Nisranija li hu u oħtu tewmija Krista rċivew mid-dar u mill-parroċċa.

Nhar l-Erbgħa Karl ingħata rikonoxximent mill-Ministru għal Għawdex Dr Anton Refalo waqt li l-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech ukoll għaddielu tifkira ta’ apprezzament nhar il-Ħamis fi tmiem il-Pontifikal tas-Salvatur fil-Bażilika San Ġorġ. Waqt li feraħlu, l-Isqof awgura li jibqa’ jkun hawn familji bħal tiegħu li jagħtu formazzjoni Nisranija soda kif ukoll tfal ġenerużi bħalu li jkomplu jiktbu l-istorja.

F’ittra li kiteb lit-tfajjel Karl, l-Isqof talab li “il-Mulej ikompli jaħdem fuq qalbek biex ’il quddiem ma tibżax tkun aktar ġeneruż mal-proxxmu u ma’ Alla nnifsu”.

Karl spjega dak li għamel bħala “att ta’ karità”. Għandha tkun ħaġa naturali għal kull min jemmen u mhux xi għemil li nistagħġbu bih fil-ftit! X’lezzjoni din għalina li npaċpċu tant li aħna Nsara!

Categories: Leħen is-Sewwa
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: