Home > Leħen is-Sewwa > L-Għawdxi Dun Maximillian Grech maħtur Attaché tan-Nunzjatura Appostolika f’Tehran

L-Għawdxi Dun Maximillian Grech maħtur Attaché tan-Nunzjatura Appostolika f’Tehran


Francesco Pio Attard

Is-saċerdot żagħżugħ Għawdxi Dun Maximillian Grech ġie mitlub mis-Santa Sede jwettaq l-uffiċċju ta’ Attaché fin-Nunzjatura Appostolika f’Tehran, l-Iran. Il-Papa Franġisku, permezz tal-Kardinal Pietro Parolin, is-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, ħatru Adetto di Nunziatura.  Dun Max, li għandu 30 sena u ilu ħames snin saċerdot, mistenni jibda l-missjoni ġdida lejn tmiem Awwissu fejn se jkun jassisti fil-ħidma diplomatika tan-Nunzju Appostoliku Taljan Leo Boccardi.

2. Dun Marx 3 cols 0908 (3)Dun Maximillian Grech twieled il-Belt Victoria nhar is-7 ta’ Ottubru 1985 u hu mill-Parroċċa tal-Katidral. Kien ordnat saċerdot fl-2010. Wara l-Ordinazzjoni hu kompla jispeċjalizza fit-Teoloġija Fundamentali fl-Università Pontifiċja Gregorjana minn fejn fl-1 ta’ Ġunju li għadda kiseb dottorat fit-Teoloġija wara li bl-unuri ddefenda t-teżi bit-titlu Il contributo di Paolo VI per un dialogo efficace tra la Chiesa e il mondo della scienza.

Għal dawn l-aħħar tliet snin tħarreġ fil-Pontificia Accademia Ecclesiastica f’Ruma biex jingħaqad mal-korp diplomatiku tas-Santa Sede li jinkludi 120 nunzjatura mxerrda mad-dinja kollha. Hu temm il-kors tiegħu b’suċċess f’Ġunju li għadda.

Ir-Repubblika Islamika tal-Iran hi teokrazija, fejn allura m’hemmx differenza bejn Reliġjon u Stat. Ir-reliġjon uffiċjali fil-pajjiż hi tal-Musulmani Xiti, li jokkupaw bejn 90 fil-mija u 95 fil-mija tal-popolazzjoni kollha li tilħaq ’il fuq minn 78 miljun ruħ.

Madankollu r-Reliġjon Nisranija f’din l-art għandha għeruq eqdem mill-Islam innifsu. L-Insara, madwar 370,000, illum huma l-akbar grupp minoritarju fl-Iran. Xi 22,000 minn dawn huma Kattoliċi, imxerrda f’sitt djoċesijiet. Għalhekk il-ħidma tan-Nunzjatura Appostolika f’dan il-pajjiż hi pjuttost delikata.

Dun Max qal li quddiem din il-missjoni ġdida li qed jiġi fdat biha fil-borma tbaqbaq tal-Lvant Nofsani, qalb kultura kompletament differenti minn dik Ewropea, bilfors ikun hemm ċertu element ta’ biża’. Imma fl-istess waqt hu qed jidħol għaliha b’sens ta’ avventura biex jitgħallem u jaqdi lill-Knisja universali.

Categories: Leħen is-Sewwa
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: