Home > Leħen is-Sewwa > L-aqwa energy bar

L-aqwa energy bar


Id-19-il Ħadd ta’ matul is-sena (Ġw. 6:41-51)

Fr Brendan Gatt

Is-silta tal-lum tinsab f’Kapitlu 6 tal-Vanġelu ta’ San Ġwann. Diskors twil li Ġesù jagħmel wara l-miraklu tat-tkattir tal-ħobż.  Ġesù jitkellem dwaru nnifsu bħala l-ħobż ħaj li niżel mis-sema u għaldaqstant il-Knisja tqisu bħala spjegazzjoni mill-isbaħ tas-Sagrament tal-Ewkaristija li hu għażel biex jibqa’ preżenti magħna b’mod mill-iktar intimu u personali: bħala ikel.

Iżda l-qari tal-liturġija tal-lum ifakkarna wkoll f’żewġ ġrajjiet oħra ta’ ikel “mirakoluż” fl-istorja tal-poplu Lhudi. L-ewwel waħda hi l-manna li permezz tagħha l-poplu ta’ Iżrael irnexxielu jgħix fid-deżert għal erbgħin sena wara l-ħarba mill-Eġittu. It-tieni ikel li jissemma (fl-ewwel qari mill-Ewwel Ktieb tas-Slaten, kapitlu 19, vrus 4-8) hu l-ħobż li kiel Elija l-profeta qabel għamel vjaġġ epiku ta’ erbgħin jum u erbgħin lejl lejn il-muntanja tal-Ħoreb.

Għaldaqstant hu ċar li llum il-Knisja tixtieqna nħarsu lejn Ġesù (li aħna nirċevuh fl-Ewkaristija u niltaqgħu miegħu wkoll fl-Iskrittura u fil-komunità Nisranija, jiġiferi fil-Knisja) bħala l-aqwa health food jew energy bar! Kemm fostkom jieħdu ħsieb saħħithom, imorru l-gym u forsi jieħdu wkoll xi supplement (bħal xi protein shake) biex ikabbru l-istamina u l-muskoli? Il-Knisja dejjem rat l-Ewkaristija b’mod simili –  imma ovvjament fuq livell ferm iktar meraviljuż u għoli – għall-ħajja spiritwali tagħna.

Aħseb ftit:

  • Xi tfisser għalik l-Ewkaristija?
  • Taf li hi ikel spiritwali biex isaħħek tul il-mixja ta’ ħajtek?
  • Tifhem li bħal kull ikel healthy ieħor, hemm stil ta’ ħajja li wieħed irid isegwi biex jieħu l-ġid kollu li tista’ toffrilu l-Ewkaristija?
  • X’bidliet tista’ tagħmel f’ħajtek biex tkun iktar koerenti?
Categories: Leħen is-Sewwa
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: