Home > Leħen is-Sewwa > Is-Servizz tal-Vjolenza Domestika tal-Aġenzija Appoġġ

Is-Servizz tal-Vjolenza Domestika tal-Aġenzija Appoġġ


Minn mara li spicċat vittma ta’ vjolenza domestika u għaddiet minn sofferenzi kbar, grazzi għas-servizzi offruti mill-Aġenzija Appoġġ, illum din qamet fuq saqajha u qed tiffoka fuq l-edukazzjoni u impjieg tagħha. Dan hu biss wieħed mill-bosta każijiet ta’ persuni li talbu l-għajnuna mill-Aġenzija Appoġġ permezz tas-servizzi offruti kontra l-vjolenza domestika.

L-Aġenzija Appoġġ ilha mill-1994 toffri s-servizz lill-vittmi ta’ vjolenza domestika. Matul l-2014, is-Servizz tal-Vjolenza Domestika fi ħdan l-Aġenzija Appoġġ INGĦATA LIL 659 individwi. Matul l-istess sena, l-Aġenzija tat kenn lil 73 vittma ta’ vjolenza domestika fil-faċilità li għandha apposta għal dan l-iskop. Bħala medja dawn damu 40 jum f’dan il-post.

It-tnaqqis fil-lista ta’ stennija qiegħed fuq nett tal-aġenda tal-Aġenzija Appoġġ li qed tieħu miżuri billi l-każijiet riferuti jiġu allokati lill-Ħaddiema Soċjali li min-naħa tagħhom jibqgħu jsegwu kull każ assenjat lilhom sakemm ikun hemm il-bżonn. Fil-fatt fuq il-lista ta’ stennija f’dan is-servizz, f’Diċembru tal-2014 kien hemm biss 23 persuna li jfisser tnaqqis ta’ 66 fil-mija mis-sena ta’ qabel.

Fost l-aktar tip ta’ abbuż irrapurtat kien hemm dak emozzjonali u fiżiku. F’każijiet meta l-Ħaddiema Soċjali jikkuntattjaw lill-vittma f’perijodu fejn fir-relazzjoni ma jkunx hemm abbuż, il-vittmi li huma adulti, jagħżlu li ma jirrispondux għall-għajnuna għax jemmnu li r-relazzjoni tkun qed titjieb jew għax ma jkunux iridu aktar għajnuna. B’danakollu, il-vittmi li reġgħu talbu s-servizzi tal-Aġenzija Appoġġ fl-2014 kien ta’ 157.

L-ammont ta’ każijiet ġodda fis-Servizz tal-Vjolenza Domestika fl-2014 kien ta’ 276: żieda ta’ 33 każ meta mqabbel mas-sena ta’ qabel.

L-Aġenzija Appoġġ qed tagħmel użu minn għodda professjonali fejn tanalizza kull riskju u sitwazzjoni tal-vittmi ta’ vjolenza domestika hekk kif tintalab l-ewwel għajnuna. F’sitwazzjoni fejn jinstab li l-vittma qiegħda f’periklu, l-Aġenzija Appoġġ tieħu passi mmedjati biex tħares is-sigurtà tal-vittma u ma tħalli l-ebda minn dawn il-vittmi jistennew is-servizz.

Riċentement, ftehim li sar bejn l-Appoġġ u d-Dipartiment tal-Pulizija wassal biex jinħoloq servizz ta’ emerġenza li permezz tiegħu vittmi ta’ vjolenza domestika jistgħu jiġu assistiti minn Ħaddiema Soċjali skont il-bżonn determinat mill-Pulizija fuq bażi ta’ 24 siegħa.

Categories: Leħen is-Sewwa
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: