Home > Leħen is-Sewwa > Iltaqa’ f’Avila kungress dwar Santa Tereża

Iltaqa’ f’Avila kungress dwar Santa Tereża


F’Avila, il-belt fejn twieldet Tereża ħames mitt sena ilu, iltaqa’ Kungress Interuniversitarju dwar Santa Tereża. Il-Kungress kien organizzat mill-Università Kattolika ta’ Santa Tereża ta’ Ġesù ta’ Avila b’kollaborazzjoni ma’ universitajiet Kattoliċi oħra.

Il-Kungress li kien mifrux fuq tlett ijiem kellu bħala tema Santa Tereża ta’ Avila, għalliema għall-ħajja. L-iskop ewlieni tal-Kungress kien li jġib il-figura ta’ Santa Tereża aktar qrib lejn dawk impenjati fl-akkademja u fl-ambjenti universitarji billi jeżaminaw il-figura ta’ din il-mistika kbira minn perspettivi differenti inkluż l-impatt li hi u l-kitbiet tagħha kellhom u għad għandhom fuq l-evanġelizzazzjoni l-ġdida, fuq il-ħajja tagħna interna u ta’ kuljum u fuq is-soċjetà moderna llum.

Dawk li attendew għall-Kungress waqt li eżaminaw il-validità u l-iskop tat-tagħlim ta’ Santa Tereża kabbru għarfien iktar profond tal-ispiritwalità tagħha u skoprewha bħala eżempju għall-ġenerazzjonijiet futuri.

Il-Papa Franġisku f’messaġġ li nqara fil-bidu tal-Kungress radd ħajr lid-dinja akkademika għall-importanza li kienet qed tagħti lir-rilevanza tat-tagħlim ta’ Santa Tereża. Hu ħeġġeġ lil dawk li ħadu sehem fil-Kungress biex isibu fil-kontemplazzjoni u l-meditazzjoni li kienet tagħmel Tereża – li ddeskriviha bħala “surmast tat-talb” – is-sors tax-xjenza vera u tal-valuri awtentiċi li huma fil-bażi tal-ħajja.

Iktar minn tlett elef rapprezentant minn universitajiet madwar id-dinja kollha kienu mistiedna għal dan il-Kungress. Il-letturi kienu esperti dwar il-figura ta’ Santa Tereża kif ukoll intellettwali mill-ħames kontinenti, filosfi u teologi.

Categories: Leħen is-Sewwa
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: