Home > Leħen is-Sewwa > Ikollna aktar x’naqraw

Ikollna aktar x’naqraw


In-Nutar Carmelo Lia minn Ħaż-Żabbar, jikteb: Ħadt pjaċir naqra f’Leħen is-Sewwa tat-2 t’Awwissu li ż-żewġ Isqfijiet faħħru l-progress li qed tagħmel din il-gazzetta fil-kontenut, fil-format u fl-impenn tagħha li tkompli tagħmel hekk ‘il quddiem. Minn awl id-dinja li gazzetta serja, b’vuċi Nisranija, issib l-appoġġ mill-Isqfijiet tagħna għax il-gazzetti lokali li jridu jogħġbu lil kulhadd aktar ħsiebhom fl-interessi partikulari tagħhom, finanzjarji jew politici, milli jsostnu l-importanza tat-twemmin Nisrani kif tagħmel u dejjem għamlet Leħen is-Sewwa.

Li rrid ngħid b’mod partikulari hu li l-Isqfijiet Maltin għandhom kelma qawwija u l-kelma tagħhom biex Leħen is-Sewwa tasal għand ċirku ta’ nies aktar wiesgħa għandha tħalli riżultat pożittiv. Il-qari, speċjalment dak tajjeb, għandu jħalli effett qawwi f’kull min jaqrah għax il-qarrej, waqt li qed jaqra, ikun qed idaħħal f’qalbu u f’moħħu t-tajjeb li jkun hemm miktub.

Hawn uħud li tant iħossu li għandhon x’jagħmlu li jħossu li m’għandhomx żmien jaqraw. Lil dawn ngħidilhom “imsieken” għax jibqgħu jhewdnu fi ħsibijiethom u ma jgawdux mill-ħsibijiet tajba li toffri gazzetta tajba. Naturalment gazzetta tajba trid kittieba tajba u hawn jidħol l-impenn tal-Editur li jsib kittieba Nsara tajba u jħajjarhom jagħtu l-kontribuzzjonijiet tagħhom lil gazzetta.

Ma rridx infisser li kittieba Nsara tajbin Leħen is-Sewwa m’għandhiex għax fl-istess ħarġa dehret ittra ta’ Joe Micallef minn Ħaż-Żebbug fuq il-kwistjoni tal-indulgenzi. Dan il-korrispondent qajjem punt delikat u importanti u juri kemm hawn lajċi kapaċi u jesponu b’ċarezza dak li jridu jgħidu. Jalla jiġu oħrajn ġodda ħalli l-qarrejja jkollhom aktar x’jaqraw.

Categories: Leħen is-Sewwa
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: