Home > Leħen is-Sewwa > Id-deżert

Id-deżert


It-Tabib Carmelo Palmier Cecy

Id-deżert, art moxa bi klima li saħħitna ma tiflaħx għaliha jekk ma nkunux trabbejna fiha. Sħana qawwija bi nhar taqleb għal kesħa bil-lejl. Relattivament ftit huma l-ħxejjex u l-annimali li jgħixu hemm u dawn huma mogħnija b’tgħammir naturali biex jagħmlilhom tajjeb għall-qilla tax-xemx u għan-nuqqas ta’ ilma u ikel.

9.Dezert DC 0908Hawn min, bil-kelma deżert, jifhem ukoll oqsma enormi miksija bis-silġ bħalma nsibu fil-poli tad-dinja. Iżda fid-deżerti li mdorrijjin nisimgħu bihom, is-sħana u n-nixfa jaħkmu fuq kollox u l-art tista’ ssir qisha kejk maħruq. Żgur li lkoll nafu bid-deżert Saħara, li jwassal sal-Libja, mhux ‘il bogħod minn xtutna. Hu l-akbar wieħed mid-deżerti s-sħan.

Fost l-annimali tad-deżert hemm il-ġemel li għandu l-ħila jiekol weraq kollha xewk u jaf jgħaddi żmien twil bla ikel u xorb. L-iskorpjun, li aktarx joħroġ iħuf bil-lejl minn ġewwa x-xquq tal-art, jista’ joqtol bniedem b’mewta ta’ tbatija kbira.

Madwarek baħħ! Kif kiteb W Cowper f’kuntest ieħor: “Ja solitudni, fejnu s-seħer li raw fik l-għorrief” (The solitude ta’ Alexander Selkirk)?

Id-deżert fil-Bibbja

Deżerti kbar indammu mal-istorja tal-poplu ta’ Alla. L-Iżraeliti damu jagħqdu fid-deżert għal erbgħin sena qabel daħlu fl-art imwiegħda. Elija ssejjaħ minn Alla fid-deżert fejn dam 40 jum u sema’ leħen Alla fil-kwiet tan-natura.

Fit-Testment il-Ġdid naqraw: “Il-kelma tal-Mulej ġiet fuq Ġwanni bin Żakkarija fid-deżert” (Lq 3:2 trad GħBM).

Id-deżert hu l-post tal-prova, tat-tbatijiet u ta’ qtigħ il-qalb u jżomm il-bniedem imdendel minn xagħru, mitluf bejn sema u art. Il-kobor tad-deżert jidfen iċ-ċokon tal-bniedem, meta ma jidfnux litteralment waqt xi tempesta tar-ramel. Kull suppervja tinbala’ taħt il-ħakma tan-natura salvaġġa. Fid-deżert il-bniedem m’għandux għażla oħra ħlief li jdur lejn Alla.

Illum

Fost persekuzzjonijiet kbar qed tgħix u titqaddes il-Knisja ta’ Kristu u din it-tbatija tista’ tixxebbah mal-ħajja fid-deżert. “Fid-dinja tbatu jkollkom. Iżda agħmlu l-qalb: jien irbaħt id-dinja” (Ġw 16:33). “In-niket tagħkom għad jitbiddel f’hena” (Ġw 16:20).

Spiss induqu l-qilla tad-deżert għax it-tbatijiet ma jonqsux u għal salib wieħed hawn min ikollu għaxra. Nolfqu f’dal-wied ta’ dmugħ meta mmissu mal-kruha tal-mard, mat-tbatija tal-kura, mad-dwejjaq tal-ġlied, mad-dalma tad-dnub, mal-ħruxija tal-persekuzzjoni kontrina jew kontra ħutna u mat-telqa spiritwali dejjiema ta’ ħutna Maltin.

Biex tagħqad, ukoll fil-ħajja spiritwali, li hi l-oħla oasi ta’ serħan il-moħħ f’nofs id-deżerti ta’ ħajjitna, niltaqgħu ma’ theddid għall-Fidi, ma’ qtigħ il-qalb u ma’ umiljazzjonijiet ta’ kull għamla.

Fid-deżerti personali tagħna nsibu rwieħna kważi mirduma minn sitwazzjonijiet li ma nkunux nifilħu għalihom kieku l-Mulej ma jtiniex għajnuna speċjali. Iżda fil-qalba tal-akbar turmenti, Hu jkun qribna.

Iżjed ma d-daħna ramlija tad-deżert tistor l-preżenza ta’ Alla, iżjed għandna nsejħu isem il-Mulej u nistennew bil-Fidi sakemm jogħġbu jserraħna.

Categories: Leħen is-Sewwa
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: