Home > Leħen is-Sewwa > Fil-Knisja hemm post għal kulħadd

Fil-Knisja hemm post għal kulħadd


Il-Papa Franġisku fl-Udjenza Ġenerali ta’ nhar l-Erbgħa

“Kulħadd jista’ jieħu sehem fil-ħajja tal-Knisja. Kulħadd jista’ jagħmel parti mill-komunità. Il-Knisja hi d-dar tal-Missier fejn hemm post għal kulħadd. Għal kull wieħed bil-ħajja iebsa tiegħu”.

Dan qalu l-Papa Franġisku waqt l-Udjenzi Ġenerali tal-Erbgħa wara waqfa qasira għas-Sajf. Fil-katekeżi tiegħu l-Papa kompla bit-tagħlim tiegħu dwar il-familja u rrifletta dwar is-sitwazzjoni ta’ dawk li ddivorzjaw u daħlu fit-tieni unjoni.

Il-Papa qal li l-Knisja taf sew li din is-sitwazzjoni tikkontradixxi s-Sagramenti. Madankollu, kompla l-Papa, il-Knisja bħala omm dejjem tfittex t-tajjeb u s-salvazzjoni ta’ uliedha kollha. Hu preċiżament għax dawn is-sitwazzjonijiet jaffettwaw b’mod speċjali l-ulied li hu importanti li l-Knisja tagħti merħba tassew lil dawn il-familji fil-komunitajiet tagħha.

Il-Knisja għandha dejjem turi l-kura pastorali tagħha ma’ dawk f’dawn is-sitwazzjonijiet u speċjalment it-tfal.

Il-Papa Franġisku nnota li f’dawn l-aħħar snin il-Knisja żviluppat għarfien akbar tal-bżonn li tilqa’ lill-persuni divorzjati u lil dawk li jerġgħu jiżżewġu. Hu enfasizza li huma għadhom parti mill-Knisja. Mhumiex skomunikati u m’għandhomx jiġu trattati bħallikieku huma hekk anzi għandhom jiġu inkorraġiti, mal-familji tagħhom, biex jieħdu sehem fil-ħajja tal-Knisja permezz tat-talb, tas-smigħ tal-Kelma ta’ Alla, tal-edukazzjoni Nisranija ta’ wliedhom, tas-servizz lill-foqra u tal-impenn tagħhom lejn il-ġustizzja u l-paċi.

Hu fakkar fil-kliem tal-Papa Benedittu XVI li sejjaħ għal dixxerniment sħiħ u akkumpanjament pastorali għaqli filwaqt li wieħed jirrikonoxxi li mhemmx soluzzjonijiet sempliċi għad-diffikultajiet li jħabbtu wiċċhom magħhom dawn il-familji mweġġa.

Il-Papa kompla li l-ikona Biblika tar-Ragħaj it-Tajjeb tiġbor il-missjoni kollha li Kristu rċieva mingħand il-Missier: dik li jagħti ħajtu għan-nagħaġ tiegħu. Din l-imġiba hi mudell ukoll għall-Knisja li tilqa’ lil uliedha bħal omm li tagħti ħajjitha għalihom. “Il-Knisja hi msejħa tkun id-dar miftuħa tal-Missier. L-ebda bieb mhu magħluq! Bl-istess mod l-Insara kollha huma msejħa jixbhu lir-Ragħaj it-Tajjeb.

“Fuq kollox, il-familji Nsara jistgħu jikkollaboraw miegħU biex jieħdu ħsieb l-familji miġruħa huma u jseħbuhom fil-ħajja tal-fidi tal-komunità. Kulħadd jagħmel il-parti tiegħu u jagħmel tiegħu l-imġiba tar-Ragħaj it-Tajjeb li jaf lil kull waħda min-nagħġiet tiegħu u lil ħadd ma jħalli barra mill-imħabba tiegħu bla tarf”, temm il-Papa Franġisku!

Categories: Leħen is-Sewwa
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: