Home > Leħen is-Sewwa > Dmir kulħadd li jsemma’ leħnu

Dmir kulħadd li jsemma’ leħnu


Karmenu Psaila minn Birkirkara, jikteb: Hu d-dmir ta’ kulħadd li jitkellem fejn jara li l-affarijiet ma jkunux miexja tajjeb. Meta sirna nafu bl-enċiklika tal-Papa Franġisku fuq l-ambjent, Laudate sì,   uħud gergru kontra tiegħu u qalu li ma l-Papa ma messux indaħal.

Il-Knisja għandha dritt titkellem fejn tara inġustizzji, korruzzjoni, fejn jidħol l-ambjent u fuq dak kollu li  mhux tajjeb għax barra li hi wkoll ċittadina u, bħal kulħadd tħallas it-taxxi u toqgħod għal-liġijiet tal-pajjiż, il-Knisja għandha d-dmir turi dak li hu veru u dak li hu tajjeb.

Hemm oħrajn li jistennew bil-ħniena li l-Knisja tiftaħ ħalqha mhux għax jirrispettaw d-dritt li għandha imma għax hekk jaqblilhom. Oħrajn għax huma ġenwini u jridu jkunu mdawla mit-tagħlim tagħha.

Bħalissa fil-gazzetti tagħna qed naqraw allegazzjonijiet ta’ stejjer  ta’ inġustizzji, tħaxxim u serq imma huma l-ftit li qed jiftħu ħalqhom. Min qara messaġġ importanti f’ġurnal bl-Ingliż tal-14 ta’ Lulju, bil-kuraġġ kollu l-kittieb tana messaġġ importanti li f’pajjiżna l-Qrati għandhom dellijiet, l-awtorità aktar moħħha fuq is-sess, bl-iskuża tal-libertà reliġjuża mhux aktar illegali li wieħed jidgħi jew iwaqqa’ għaċ-ċajt ir-reliġjon Kattolika, kif għall-istess reati l-miżien tal-ġustizzja mhux l-istess u ħafna ħwejjeġ oħra li mhuma tal-ebda fejda għal pajjiżna.

Għandna ħafna mezzi biex nuru d-diżapprovazzjoni tagħna għall-mod kif mexjin l-affarijiet f’pajjiżna, għall-mod kif qed jgħaddu l-liġijiet, għall-mod kif qed ikun trattat nofs il-poplu. Pajjiżna donnu qed isir ta’ xi wħud. U l-oħrajn?

Categories: Leħen is-Sewwa
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: