Home > Leħen is-Sewwa > 26 voluntier bdew ESPERJENZA MISSJUNARJA fit-Tanzanija

26 voluntier bdew ESPERJENZA MISSJUNARJA fit-Tanzanija


Grupp ta’ 26 voluntier tal-Mission Fund, taħt id-direzzjoni spiritwali ta’ Fr Marcellino Micallef OFM, telaq minn Malta għat-Tanzanija lbieraħ biex jgħin fi proġett li se jitwettaq fl-isptar ta’ Makiungu. Il-proġett jikkonsisti f’bini ta’ blokk biex jakkomoda t-tobba u l-paramediċi li jmorru jagħtu s-servizz tagħhom f’dan l-isptar li hu mmexxi minn Sr Maria Borda MMM. Dan l-isptar iservi popolazzjoni ta’ madwar 400,000 persuna.

1. Bini 3 cols 0908Dan hu t-tieni blokk ta’ din ix-xorta għax fl-2010 inbena blokk ieħor ġdid biex fih ikunu jista’ jgħix l-istaff professjonali. Minħabba li dan l-isptar qiegħed f’semi deżert, id-distanzi huma kbar u għalhekk mhux possibbli li l-ħaddiema jmorru d-dar wara x-xogħol.

Is-sena ta’ wara, il-Mission Fund wettaq proġett ieħor fl-istess sptar: l-estensjoni tas-sezzjoni tal-maternità. Il-ħtieġa ta’ dan il-proġett inħasset minħabba li f’din is-sezzjoni n-nisa li jkunu waslu biex iwelldu kien ikollhom joqogħdu tnejn f’kull sodda għax ma kienx hemm spazju. F’dan l-isptar jitwieldu madwar 1,200 tarbija fis-sena.

Proġetti oħra li saru bl-għajnuna tal-voluntiera tal-Mission Fund jinkludu bini ta’ skejjel u ta’ impjant li jipproduċi l-gass mill-iskart fil-Kenja; djar għal min m’għandux saqaf fuq rasu, ċentru għal persuni bi bżonnijiet speċjali u fishfarm fil-Gwatemala; dormitorji għall-istudenti li jattendu kulleġġ fl-Indja u bini ta’ skola fit-Tanzanija.

Dawn minbarra t-tħaffir ta’ boreholes u bjar kommunitarji fil-Kenja u fis-Sudan t’Isfel.

Dawn il-proġett kollha setgħu jitwettqu grazzi għall-ġenerożità kbira li dejjem urew il-Maltin u l-Għawdxin..

Il-grupp ta’ voluntiera tal-Mission Fund li telaq ilbieraħ mistenni jirritorna Malta fil-11 ta’ Settembru.

CAPTION

Il-bini ta’ dormitorju għall-istudenti tal-Kulleġġ St Xavier, f’Maharo l-Indja

Categories: Leħen is-Sewwa
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: