Home > Leħen is-Sewwa > X’qed jinħema f’qalbna?

X’qed jinħema f’qalbna?


Mit-Tabib Carmelo Palmier Cecy

Klikek ta’ żgħażagħ jinġabru f’Paceville biex jiddevertu u jifirħu flimkien. Fl-istess ħin jiksru r-rutina ta’ matul il-ġimgħa. Fir-realtà hi l-preżenza ta’ żgħażagħ oħra tas-sess oppost li tiġbidhom hemm bil-qawwa. Għax fejn tħobb il-qalb jimxu r-riġlejn. Gruppi storbjużi ta’ tfal bejn it-tmienja u t-tnax-il sena li għadhom qed jibdew jiskopru s-sess jimlew toroq magħrufa malli jibda jidlam. Fost il-ħafna kummiedji jippruvaw jiġbdu l-attenzjoni ta’ tfal oħra tas-sess li jogħġob lilhom. Għalkemm tfal, jafu sew għaliex jinġabru hemm f’kull tmiem il-ġimgħa: għax fejn tħabbat il-qalb jilbtu r-riġlejn.

9. negozjar fil flusMhux għas-sess biss tħabbat il-qalb. Nies oħra mitlufin b’ruħhom u ġisimhom fuq it-trekkin tal-flus, jaħdmu u jishru fit-tul (kollox għall-familja!) waqt li jistagħnew dejjem iżjed. Il-kilba ta’ qalbhom għall-flus iġġegħelhom jaħsbu l-ħin kollu fin-negozju.

Kulħadd irekken u jinvesti għax kulħadd jgħid li ma jafx x’jista’ jiġi bżonn. U iżjed ma jkollna, iżjed irridu. Dan ma jfissirx bilfors li ruħna hi marbuta ma’ ġidna iżda f’San Mattew naqraw: “Fejn hemm it-teżor tiegħek, hemm tinsab qalbek ukoll” (Mt 6:21).

Hu minnu li l-ħajja dejjem trid iżda fi kliem Ġesù: “L-għani se jsibha iebsa biex jidħol fis-saltna tas-Smewwiet” (Mt 19:23). Għax ir-rabta ta’ ġidna mat-taħbit ta’ qalbna taf tkun inviżibbli daqs l-arja u, fl-istess ħin, soda daqs ċima ta’ bastiment.

Jgħid il-qawl Ingliż: It-triq għall-infern hi ċċangjata b’intenzjonijiet tajbin. Hekk, meta l-qalb tħabbat u tiġbed lejn il-poter, issib min jemmen li kulma qed jagħmel hu li jaħdem għal pajjiżu b’sens qawwi ta’ patrijottiżmu.

Proġetti tajba

Meta jkollu jagħżel bejn Kristu u l-voti li jtuh iżjed poter u jsaħħulu butu, hemmhekk juri x’qed jinħema f’qalbu.

Jista’ jiġri ukoll li, bħala ħaddiema fl-għalqa tal-Mulej, nehwdnu l-ħin kollu fuq kif nistgħu nwettqu proġetti tajba bla ma nindunaw li qalbna tista’ tkun marbuta mal-“esperjenza” u l-passatemp ta’ ħidmietna iżjed milli mat-tixrid tas-Saltna.

Min, lejl u nhar, joħlom b’xi persuna partikulari bl-iskop li jgħinha u jagħmlilha l-ġid (kif jifhem hu), għandu jgħarbel lilu nnifsu dwar ‘il fejn qed tiġbed qalbu. Għax mal-persuni li jimlewlna ħsibijietna, aktarx li jkun hemm rabta qawwija emozzjonali jew finanzjarja.

Min tassew jemmen fit-tagħlim Nisrani aktarx li ssibu spiss jitkellem fuq ħwejjeġ qaddisa u widnejh huma dejjem miftuħa għal leħen il-Mulej. Fi kliem Kempis: “Fuq dak li nħobb inkun nixtieq nitkellem u nisma’” (The Imitation of Christ; traduzzjoni Ingliża ta’ George Maine, bk3 ch48).

Jaqbel li naraw xi jkun qed jinħema fil-fond ta’ qalbna waqt li naħsbu fuq kliem Ġesù: “Il-pubblikani u n-nisa tat-triq deħlin qabilkom fis-Saltna ta’ Alla” (Mt 21:31). Jalla nkunu nistgħu nagħmlu tagħna kliem Elija: “Għandi qalbi tħeġġeġ għall-aħħar għall-Mulej” (1Sl 19:10 trad GħBM).

Categories: Leħen is-Sewwa
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: