Home > Leħen is-Sewwa > M’għalqux qalbhom għall-batuti

M’għalqux qalbhom għall-batuti


Appostolat

Kitba ta’ Patri Paul Deguara S.J. – pdegsj@gmail.com 

Intenzjoni Universali

Matul Awwissu l-Papa jistedinna nitolbu biex il-voluntiera jagħtu lilhom infushom b’qalb miftuħa għas-servizz ta’ min hu fil-bżonn.  Fid-dinja hawn madwar 140 miljun voluntier li dawru ħarsithom u qalbhom lejn min hu fil-bżonn. Il-Papa Franġisku ltaqa’ ma’ wħud li jservu lir-refuġjati fiċ-ċentru tal-Ġiżwiti, Ruma, u jixtieqna nitolbu għall-voluntiera ta’ kull assoċjazzjoni, ta’ kull stat u età, li huma dedikati għal nies bi bżonnijiet speċjali, xjuħ, tfal bla familji, żgħażagħ maħkuma bil-vizzji. Oħrajn joffru ruħhom f’ħidma fejn hemm diżastri naturali u f’kampaniji ta’ karità.

11. volontarjatDawn m’għalqux qalbhom għall-batuti. Ma ħarsux band’oħra meta ltaqgħu magħhom u ma rabtux idejhom u jgħidulhom jaħasra. Bħal Kristu tbaxxew iservuhom mhux biss b’għotja ta’ ikel, post fejn jorqdu u xi mediċina iżda wkoll għenuhom ifittxu xogħol u għallmuhom jidħlu fil-kultura tal-post ħalli jgawdu dinjità umana u soċjali.

Servizz ta’ voluntarjat jitwettaq billi nagħtu attenzjoni lil min jiġi qribna, nitbaxxew u nnewlulhom idejna bla biża’ u bi ħniena biex noħolqu relazzjoni u solidarjetà. B’hekk nagħtu xhieda ta’ Nsara għax fihom nagħrfu x-xewqa tagħhom ta’ tama, ta’ ġustizzja u ta’ tfittxija għal toroq ġodda ta’ libertà f’ħajjithom. Ġesu ħasel riġlejn l-appostli u qalilhom ‘agħmlu dan intom ukoll’.

Servizz ta’ akkumpanjament li jwassalhom biex jiskopru futur b’xogħol fis-soċjetà li bih ifendu għal rashom u jagħrfu l-kapaċità li jiżviluppaw it-talenti. Servizz ukoll li jiddefendihom billi jagħraf l-għajta tal-miżerja li jinsabu fiha li jwasslu din l-għajta lill-awtoritajiet ċivili biex ma jibqgħux torox u indifferenti għas-solidarjetà li jixtiequ u ma jisfruttawhomx b’xogħol bla ħlas xieraq. Hekk ma jibqgħux jaraw quddiemhom bibien magħluqa.

B’dan is-servizz il-voluntiera jitgħallmu u jimmaturaw fl-ispirtu Nisrani għax bħala dixxipli ta’ Kristu jilmħu lil ħuthom f’dawk batuti u bi ħtieġa li joħorġu minnhom infushom u mis-sigurtà tagħhom ħalli juru magħhom il-ħniena li Alla Missierhom wera lilhom qabel.

Titħajjar tagħmel ħidma voluntarja fil-parroċċa tiegħek?

Intenzjoni għall-Evanġelizzazjoni

Inkunu proxxmu ta’ dawk fil-periferija

Matul dax-xahar il-Papa qed jistedinna wkoll biex nagħrfu nkunu proxxmu ta’ dawk li jsibu ruħhom fil-periferija tal-ħajja umana u tas-soċjetà.

Kull Nisrani, dixxiplu ħaj ta’ Kristu, li jpoġġi lil Kristu ċ-ċentru ta’ ħajtu u qalbu, ma jistax ma jsirx katekist għal kull ċittadin li miegħu jiltaqa’. L-imħabba ta’ Kristu fih issuqu joħroġ minnu nnifsu u jmur ifittex u jiftaħ qalbu li fiha hemm Kristu ma’ kull min jiltaqa’. Hawn juri li mħabbtu hi dimanika għax ħoloq relazzjoni ma’ Kristu u jħoss id-dmir li jmur għand oħrajn ikellimkom fuq Kristu, ilaqqagħhom miegħu u jimlihom b’tagħlimu, il-Vanġelu.

Qalb il-bniedem mfawra bi Kristu trid tiltaqa’ m’oħrajn u tippriedkalhom l-bxara t-tajba ħalli taqsam ir-rigal tal-fidi miżrugħ u mkabbar fiha. Dan għamluh ħafna qaddisin.

Il-Papa jixtieq li kull Nisrani joħroġ mill-kumdità u s-sigurtà li jġiblu l-istil ta’ ħajja tiegħu biex jiltaqa’ ma’ min hu fil-periferija tat-tempju, li hi l-Knisja, dawk li abbandunaw il-prattika tar-reliġjon, inqatgħu mill-ħajja tas-sagramenti u nħakkmu minn idejat mondani li qatt ma jwasslu għal veru ferħ Nisrani.

Bla biża’ aħna Nsara noħorġu nsibu min hu barra mill-maqjel u qatt ma nikkuntentaw b’ta’ madwarna. Il-Knisja llum ma tridtx Nsara morda, bla ħila u b’ħeġġa li jsiru statwi fil-mużew imma Nsara fidili għat-tagħlim ta’ Kristu. Nsara kreattivi li kapaċi jibdlu l-istil komdu ta’ ħajjithom biex ifejqu l-ġrieħi umani u soċjali li huma stess jikkritikaw. Nsara li joħorġu mis-sagristiji.

Kemm tipprova titkellem fuq Kristu ma’ min tħoss li hu bogħod minnu?

L-intenzjoni tal-Isqfijiet

Żgħażagħ b’qalb maqsuma

L-Isqfijiet Maltin jistednuna wkoll biex matul Awissu nitolbu għaż-żgħażagħ b’qalbhom maqsuma biex isibu min jagħdirhom u jgħinhom.

Is-sejħa li ngħinu l-qlub maqsuma li jinsabu f’kull stadju tal-etajiet tal-ħajja tal-bniedem hi prinċipju ta’ mħabba. Għalkemm spiss naraw gruppi ta’ żgħażagħ fil-mezzi ta’ komunikazzjoni u f’movimenti sportivi, soċjali u ekklesjastiċi b’daħka u b’ferħ fuq wiċċhom, m’għandna qatt ninsew dawk b’qalb feruta, maqsuma u mweġġa’. Imweġġa’ b’fallimenti tal-ġenituri tagħhom, ta’ suċċessi li ħabirku biex jiksbu fl-istudji u fix-xogħol, ta’ saħħa fiżika, ta’ ħbiberija li waqqgħathom fi stat ta’ ħajja li qatt ma xtaqu jew li ġabet fuqhom vizzji nterni jew esterni u oħrajn.

Dawn huma weġgħat għas-soċjetà u għall-Knisja fi żmienna li jitolbu samaritana tajbin li jagħfruhom u jgħinuhom. Hekk li jistgħu jkunu l-ġenituri, l-għalliema, is-saċerdoti, l-esperti fil-counselling u żgħażagħ b’fibra Nisranija li b’kuraġġ ifittxuhom jekk magħluqin f’darhom u ma tantx jidhru fl-għaqdiet ċivili u parrokkjali.

Infaħħru min jażżarda jfittixhom u jistedinhom joħorġu magħhom meta jsibuhom u jinkoraġġuhom jinvolvu ruħhom fl-atttivitajiet soċjali li jeżistu fil-parroċċi u fid-djoċesi. Hemm bżonn infittxu u ngħinu b’kull mezz liż-żgħażagħ b’qalb maqsuma biex ma nħalluhomx jitgħaffġu bis-swiet ta’ qalb li ħakimhom u li għalaqhom fi sptarijiet tal-mard tal-moħħ jew forsi waslu għas-suwiċidju.

L-Isqfijiet jitolbuna nsejħu lil Alla jqanqal qlub ġenerużi, membri ta’ movimenti bħad-djakonija u oħrajn biex ikunu konxji ta’ żgħażagħ b’qalb maqsuma u nagħmlu xi ħaġa dwarhom bla ma ndawru wiċċna n-naħa l-oħra meta nafu li huma ħutna viċin tagħna. Ma nkunux bħal levita u l-qassis fil-parabbola tas-samaritan it-tajjeb (Lq.10:25-37).

Int kemm għent u tista’ tgħin żgħażagħ b’qalb maqsuma fil-parroċċa tiegħek?

Appostolat

Kitba ta’ Patri Paul Deguara S.J.pdegsj@gmail.com

Intenzjoni Universali

M’għalqux qalbhom għall-batuti

Matul Awissu l-Papa jistedinna nitolbu biex il-voluntiera jagħtu lilhom infushom b’qalb miftuħa għas-servizz ta’ min hu fil-bżonn.

Fid-dinja hawn madwar 140 miljun voluntier li dawru ħarsithom u qalbhom lejn min hu fil-bżonn. Il-Papa Franġisku ltaqa’ ma’ wħud li jservu lir-refuġjati fiċ-ċentru tal-Ġiżwiti, Ruma, u jixtieqna nitolbu għall-voluntiera ta’ kull assoċjazzjoni, ta’ kull stat u età, li huma dedikati għal nies bi bżonnijiet speċjali, xjuħ, tfal bla familji, żgħażagħ maħkuma bil-vizzji. Oħrajn joffru ruħhom f’ħidma fejn hemm diżastri naturali u f’kampaniji ta’ karità.

Dawn m’għalqux qalbhom għall-batuti. Ma ħarsux band’oħra meta ltaqgħu magħhom u ma rabtux idejhom u jgħidulhom jaħasra. Bħal Kristu tbaxxew iservuhom mhux biss b’għotja ta’ ikel, post fejn jorqdu u xi mediċina iżda wkoll għenuhom ifittxu xogħol u għallmuhom jidħlu fil-kultura tal-post ħalli jgawdu dinjità umana u soċjali.

Servizz ta’ voluntarjat jitwettaq billi nagħtu attenzjoni lil min jiġi qribna, nitbaxxew u nnewlulhom idejna bla biża’ u bi ħniena biex noħolqu relazzjoni u solidarjetà. B’hekk nagħtu xhieda ta’ Nsara għax fihom nagħrfu x-xewqa tagħhom ta’ tama, ta’ ġustizzja u ta’ tfittxija għal toroq ġodda ta’ libertà f’ħajjithom. Ġesu ħasel riġlejn l-appostli u qalilhom ‘agħmlu dan intom ukoll’.

Servizz ta’ akkumpanjament li jwassalhom biex jiskopru futur b’xogħol fis-soċjetà li bih ifendu għal rashom u jagħrfu l-kapaċità li jiżviluppaw it-talenti. Servizz ukoll li jiddefendihom billi jagħraf l-għajta tal-miżerja li jinsabu fiha li jwasslu din l-għajta lill-awtoritajiet ċivili biex ma jibqgħux torox u indifferenti għas-solidarjetà li jixtiequ u ma jisfruttawhomx b’xogħol bla ħlas xieraq. Hekk ma jibqgħux jaraw quddiemhom bibien magħluqa.

B’dan is-servizz il-voluntiera jitgħallmu u jimmaturaw fl-ispirtu Nisrani għax bħala dixxipli ta’ Kristu jilmħu lil ħuthom f’dawk batuti u bi ħtieġa li joħorġu minnhom infushom u mis-sigurtà tagħhom ħalli juru magħhom il-ħniena li Alla Missierhom wera lilhom qabel.

Titħajjar tagħmel ħidma voluntarja fil-parroċċa tiegħek?

Intenzjoni għall-Evanġelizzazjoni

Inkunu proxxmu ta’ dawk fil-periferija

Matul dax-xahar il-Papa qed jistedinna wkoll biex nagħrfu nkunu proxxmu ta’ dawk li jsibu ruħhom fil-periferija tal-ħajja umana u tas-soċjetà.

Kull Nisrani, dixxiplu ħaj ta’ Kristu, li jpoġġi lil Kristu ċ-ċentru ta’ ħajtu u qalbu, ma jistax ma jsirx katekist għal kull ċittadin li miegħu jiltaqa’. L-imħabba ta’ Kristu fih issuqu joħroġ minnu nnifsu u jmur ifittex u jiftaħ qalbu li fiha hemm Kristu ma’ kull min jiltaqa’. Hawn juri li mħabbtu hi dimanika għax ħoloq relazzjoni ma’ Kristu u jħoss id-dmir li jmur għand oħrajn ikellimkom fuq Kristu, ilaqqagħhom miegħu u jimlihom b’tagħlimu, il-Vanġelu.

Qalb il-bniedem mfawra bi Kristu trid tiltaqa’ m’oħrajn u tippriedkalhom l-bxara t-tajba ħalli taqsam ir-rigal tal-fidi miżrugħ u mkabbar fiha. Dan għamluh ħafna qaddisin.

Il-Papa jixtieq li kull Nisrani joħroġ mill-kumdità u s-sigurtà li jġiblu l-istil ta’ ħajja tiegħu biex jiltaqa’ ma’ min hu fil-periferija tat-tempju, li hi l-Knisja, dawk li abbandunaw il-prattika tar-reliġjon, inqatgħu mill-ħajja tas-sagramenti u nħakkmu minn idejat mondani li qatt ma jwasslu għal veru ferħ Nisrani.

Bla biża’ aħna Nsara noħorġu nsibu min hu barra mill-maqjel u qatt ma nikkuntentaw b’ta’ madwarna. Il-Knisja llum ma tridtx Nsara morda, bla ħila u b’ħeġġa li jsiru statwi fil-mużew imma Nsara fidili għat-tagħlim ta’ Kristu. Nsara kreattivi li kapaċi jibdlu l-istil komdu ta’ ħajjithom biex ifejqu l-ġrieħi umani u soċjali li huma stess jikkritikaw. Nsara li joħorġu mis-sagristiji.

Kemm tipprova titkellem fuq Kristu ma’ min tħoss li hu bogħod minnu?

L-intenzjoni tal-Isqfijiet

Żgħażagħ b’qalb maqsuma

L-Isqfijiet Maltin jistednuna wkoll biex matul Awissu nitolbu għaż-żgħażagħ b’qalbhom maqsuma biex isibu min jagħdirhom u jgħinhom.

Is-sejħa li ngħinu l-qlub maqsuma li jinsabu f’kull stadju tal-etajiet tal-ħajja tal-bniedem hi prinċipju ta’ mħabba. Għalkemm spiss naraw gruppi ta’ żgħażagħ fil-mezzi ta’ komunikazzjoni u f’movimenti sportivi, soċjali u ekklesjastiċi b’daħka u b’ferħ fuq wiċċhom, m’għandna qatt ninsew dawk b’qalb feruta, maqsuma u mweġġa’. Imweġġa’ b’fallimenti tal-ġenituri tagħhom, ta’ suċċessi li ħabirku biex jiksbu fl-istudji u fix-xogħol, ta’ saħħa fiżika, ta’ ħbiberija li waqqgħathom fi stat ta’ ħajja li qatt ma xtaqu jew li ġabet fuqhom vizzji nterni jew esterni u oħrajn.

Dawn huma weġgħat għas-soċjetà u għall-Knisja fi żmienna li jitolbu samaritana tajbin li jagħfruhom u jgħinuhom. Hekk li jistgħu jkunu l-ġenituri, l-għalliema, is-saċerdoti, l-esperti fil-counselling u żgħażagħ b’fibra Nisranija li b’kuraġġ ifittxuhom jekk magħluqin f’darhom u ma tantx jidhru fl-għaqdiet ċivili u parrokkjali.

Infaħħru min jażżarda jfittixhom u jistedinhom joħorġu magħhom meta jsibuhom u jinkoraġġuhom jinvolvu ruħhom fl-atttivitajiet soċjali li jeżistu fil-parroċċi u fid-djoċesi. Hemm bżonn infittxu u ngħinu b’kull mezz liż-żgħażagħ b’qalb maqsuma biex ma nħalluhomx jitgħaffġu bis-swiet ta’ qalb li ħakimhom u li għalaqhom fi sptarijiet tal-mard tal-moħħ jew forsi waslu għas-suwiċidju.

L-Isqfijiet jitolbuna nsejħu lil Alla jqanqal qlub ġenerużi, membri ta’ movimenti bħad-djakonija u oħrajn biex ikunu konxji ta’ żgħażagħ b’qalb maqsuma u nagħmlu xi ħaġa dwarhom bla ma ndawru wiċċna n-naħa l-oħra meta nafu li huma ħutna viċin tagħna. Ma nkunux bħal levita u l-qassis fil-parabbola tas-samaritan it-tajjeb (Lq.10:25-37).

Int kemm għent u tista’ tgħin żgħażagħ b’qalb maqsuma fil-parroċċa tiegħek?

Categories: Leħen is-Sewwa
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: