Home > Editorjal, Leħen is-Sewwa > Il-festi: mument ta’ ċelebrazzjoni li bih nagħtu glorja lil Alla

Il-festi: mument ta’ ċelebrazzjoni li bih nagħtu glorja lil Alla


L-Editorjal

Il-festi huma parti essenzjali mill-ħajja tagħna bħala bnedmin u aktar bħala Nsara. Il-festi, meta niċċelebrawhom kif għandu jkun, jgħaqqduna aktar ma’ Alla u bejnietna.

Fit-Testment il-Qadim insibu li Alla ried li l-poplu Lhudi jkollu ġranet ta’ festi matul is-sena. Fost dawn il-festi l-iktar waħda importanti kienet dik tal-Għid li kienet tfakkar lil-Lhud fil-ħruġ tagħhom mill-Eġittu.

Fit-Testment il-Ġdid, imbagħad, insibu li Ġesù kien jieħu sehem fil-festi li kienu jsiru fi żmienu. B’hekk uriena li Hu jixtieq li aħna norganizzaw il-festi li jfakkru ġrajjiet importanti fir-reliġjon tagħna u fil-ħajja ta’ dawk li għexu l-Fidi Nisranija.

Għalhekk, sa mill-bidu tagħha l-knisja bdiet tiċċelebra dawn l-avvenimenti permezz tal-festi reliġjużi tagħha. Maż-żmien, il-festi tal-Knisja żdiedu u llum il-festi reliġjużi jagħmlu parti mill-ħajja tagħna. U hawn Malta l-festi saru jagħmlu parti mill-kultura u t-tradizzjoni tagħna.

Iżda tajjeb niftakru li l-festi li niċċelebraw iridu jkunu qabel xejn festi reliġjużi. Għalhekk l-ewwel importanza trid tingħata liċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi li jsiru fil-knisja.

Dawn iridu jkunu okkażjoni biex fihom nersqu lejn is-Sagramenti tal-Qrar u tal-Ewkaristija. Fil-ġranet tal-festa rridu wkoll insiru nafu x’messaġġ għandu għalina llum il-patrun jew il-patruna tagħna u kif nistgħu nibnu ħajjitna għall-qdusija fuq l-eżempju tagħhom.

Il-festi għandhom jimlewna bil-ferħ u dan għandu jkun żmien sabiħ li jintwera permezz taċ-ċelebrazzjonijiet li jsiru barra: fit-toroq u fil-pjazez.

Il-festi jridu jkunu okkażjoni li jgħaqqdu flimkien lil min qed jiċċelebrahom u mhux jifirduh. Iridu jservu biex iferrħu lill-poplu b’mod speċjali lil min ikun jgħix waħdu jew jinsab marid.

Tajjeb li fil-festa niftakru f’xi ħadd li jgħix waħdu u nistednuh biex jiġi jiekol fil-familja tagħna jew li nżuru lil xi ħadd anzjan li jgħix waħdu. Niftakru wkoll f’dawk li minħabba xi problemi ma jkunux jistgħu jifirħu fil-jiem tal-festa.

Għalhekk il-festa għandha tkun mument ta’ ċelebrazzjoni li bih nagħtu glorja lil Alla u biex inkomplu nsaħħu l-fidi Nisranija tagħna.

Categories: Editorjal, Leħen is-Sewwa
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: