Home > Leħen is-Sewwa > Fl-ewwel 24 siegħa rreġistraw aktar minn 45,000 persuna

Fl-ewwel 24 siegħa rreġistraw aktar minn 45,000 persuna


It-30 Jum Dinji taż-Żgħażagħ

F’inqas minn 24 siegħa wara li fetħu r-reġistrazzjonijiet għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ li se jsir fil-Polonja s-sena li ġejja rreġistraw isimhom iktar minn 45,000 persuna.  L-ewwel ma’ rreġistra ismu kien il-Papa Franġisku. Skont dawk li qed immexxu s-sit elettroniku fl-ewwel 24 siegħa rreġistraw 250 grupp kbir u 300 volontier.

Il-mixja lejn dan l-avveniment, sena qabel il-ftuħ tas-26 ta’ Lulju 2016 meta ż-żgħażagħ jiltqagħu fi Krakovja għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ, diġà hi miżgħuda bl-entużjażmu.

25 sena wara li beda, il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ se jerġa’ jsir fil-Polonja, l-art minn fejn kien ġej il-Papa li waqqfu, minkejja li l-Papa Wojtyla kien jgħid li kienu ż-żgħażagħ infushom li vvintaw dan il-Jum Dinji.

Fl-1991, f’Ċestokova, tħabbar riħ qawwi ta’ fidi liż-żgħażagħ u minnhom, il-fidi bdiet tonfoħ ‘il hinn mill-purtiera tal-ħadid. Iż-żgħażagħ Insara tal-Ewropa tal-Lvant u tal-Punent kellhom l-ewwel esperjenza tal-laqgħa kbira wara l-waqa’ tal-ħajt ta’ Berlin.

Il-Papa Ġwanni Pawlu II kien reġa’ lura lejn pajjiżu għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ li għalih marru aktar minn miljun ruħ.

Il-ġublew taż-żgħażagħ se jkun iċċelebrat fuq livell globali. Il-Papa Franġisku fakkar dan waqt l-Angelus tal-Ħadd li għadda fi Pjazza San Pietru filwaqt li l-Kardinal Satnislaw Rylko, il-President tal-Kunsill Pontifiċju għal-Lajċi, għamel dan aktar ċar f’messaġġ ippubblikat fuq is-sit elettroniku tad-dikasteru.

It-tema tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ hi “Ħenjin dawk li jħennu għax huma jsibu l-ħniena”. Dan se jkun parti mis-sena tal-Ġublew Straordinarju tal-Ħniena li se jibda fit-8 ta’ Diċembru li ġej.

Il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ fi Krakovja se jkun it-tielet parti minn serje ddedikati lill-Beatitudnijiet. It-tema f’Rio de Janeiro 2014 kienet “Ħenjin il-foqra fl-ispirtu għax tagħhom hi s-saltna tas-smewwiet”.

 

Categories: Leħen is-Sewwa
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: