Home > Leħen is-Sewwa > Il-Qorti Suprema tal-Pakistan issospendiet il-kundanna tal-mewt ta’ Asia Bibi

Il-Qorti Suprema tal-Pakistan issospendiet il-kundanna tal-mewt ta’ Asia Bibi


Fit-22 ta’ Lulju, il-Qorti Suprema tal-Pakistan f’Lahore, iddeċidiet li tissospendi l-kundanna tal-mewt u terġa’ teżamina mill-ġdid il-każ ta’ Asia Bibi. Din il-mara Pakistana Kattolika ilha aktar minn elfejn jum fil-ħabs bis-sentenza tal-mewt imdendla fuq rasha fuq akkuża ta’ blasfemija.

4. asia bibiL-avukat Musulman, Saiful Malook, li qed jiddefendi lil Asia Bibi, wera s-sodisfazzjon tiegħu li l-Qorti laqgħet it-talbiet tad-difiża u li se teżamina mill-ġdid l-argumenti mressqa mid-difiża. Hu qal li l-klima fil-Qorti kienet waħda kwieta bl-assenza tal-mexxejja Iżlamiċi li fil-proċessi ta’ qabel kienu kkundizzjonaw l-amministrazzjoni tal-ġustizzja.

Fil-Pakistan ta’ spiss issir pressjoni qawwija u anki theddid fil-Qrati tal-Ġustizzja minn gruppi estremisti, speċjalment f’każijiet li fihom tkun imdaħħla r-reliġjon bħal fil-każ ta’ Asia Bibi.

Matul is-seduta, flimkien mal-avukat, attendew ir-raġel ta’ Asia Bibi, Ashiq Masih u Joseph Nadeem, benefattur tal-familja u mexxej tar-Renaissance Education Foundation li se tagħmel tajjeb għall-ispejjeż legali tal-proċess.

“Dak li ġara llum hu pass importanti  ħafna ’l quddiem. Aħna sodisfatti ħafna. Issa l-mument li nitolbu flimkien lill-Mulej biex issir ġustizzja u Asia Bibi tiġi meħlusa”, qal Nadeem wara d-deċiżjoni tal-Qorti.

Il-każ ta’ Asia Bibi beda fid-19 ta’ Ġunju 2009, wara li din ġiet mixlija minn sħabha fuq akkuża ta’ blasfemija. Kien fil-11 ta’ Novembru 2010 li, mingħajr ebda prova, it-tribunal ta’ Nankana kkundanna lil Asia Bibi għall-mewt. Wara rikors quddiem il-Qorti Għolja, it-tribunal ta’ Lahore ikkonferma s-sentenza.

Kien wara protesti li saru madwar id-dinja favur Asia Bibi, li tressaq rikors quddiem il-Qorti Suprema li issa aċċettat li l-każ jerġa’ jiġi eżaminat u li tissospendi s-sentenza tal-mewt. Dan issa hu l-aħħar ċans għall-ħelsien ta’ Asia Bibi.

Ta’ min ifakkar, li fl-4 ta’ Jannar 2011, il-gvernatur tal-Punjab, il-Musulman Salman Taseer safa’ assassinat għax kien ħa pożizzjoni favur Asia Bibi. Hekk ukoll ġralu fit-2 ta’ Marzu fl-istess sena, Shahbaz Bhatti, Kattoliku u Ministru tal-Minoranzi, li safa’ maqtul f’Islamabad u li hu meqjus bhala martri.

Categories: Leħen is-Sewwa
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: