Home > Leħen is-Sewwa > 300,000 postcard b’linji gwida dwar tmiem il-ħajja

300,000 postcard b’linji gwida dwar tmiem il-ħajja


Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet intbagħtu aktar minn 300,000 postcard lil parruċċani fl-Ingilterra u Wales b’linji gwida dwar deċiżjonijiet għal tmiem il-ħajja. Din l-inizjattiva kienet parti miċ-ċelebrazzjoni tal-ħajja li saret il-Ħadd.

Għal dan il-jum, il-Papa Franġisku bagħat ix-xewqat u l-appoġġ tiegħu lill-Knisja Kattolika fl-Ingilterra u Wales.

In-Nunzju Appostoliku fil-Gran Brittanja, l-Arċisqof Antonio Mennini, irċieva l-ittra tal-Papa u għaddiha lill-Isqof John Sherrington, l-Isqof Awżiljarju ta’ Westminster. Fl-ittra, il-Papa bagħat il-barka appostolika “lill-persuni kollha li ħadu sehem f’dan l-avveniment sinifikanti u li qed jaħdmu biex b’xi mod  jippromwovu d-dinjità ta’ kull persuna umana mill-mument tal-konċepiment sakemm wieħed imut mewta naturali”.

It-tema magħżula għal din is-sena mill-Isqfijiet kienet “Ngħożżu l-Ħajja – Naċċettaw il-Mewt”.

Fil-House of Commons, f’Settembru li ġej, se jibda dibattitu u wara jittieħed vot dwar abbozz ta’ liġi li jippermetti li jkun jista’ jitwettaq suwiċidju b’assistenza. L-abbozz jipproponi li persuni b’mard terminali jkollhom il-possibbiltà li jtemmu ħajjithom b’assistenza medika.

Categories: Leħen is-Sewwa
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: