Home > Editorjal, Leħen is-Sewwa > Sejħa għal għaqal u sens ta’ responsabbiltà

Sejħa għal għaqal u sens ta’ responsabbiltà


EDITORAL

Min isegwi dak li qed isir fil-pajjiż u jixtieq il-ġid tal-ġenerazzjonijiet tal-ġejjieni ma jistax ma jinkwetax quddiem tant ħwejjeġ li qed isiru u oħrajn li qed jinħmew u li qed joħolqu Malta ġdida mneżżgħa mill-valuri li sawruna fl-imgħoddi.

Il-ħsad sħiħ għad narawh ’il quddiem għalkemm diġà għandna ħjiel tiegħu. Issir awtomatikament il-mistoqsija fundamentali: dak li sar b’pass imgħaġġel u dak li qed jinħema għandu l-veru ġid tal-bniedem bħala skop tiegħu jew hu biss it-twettiq ta’ ideoloġija liberalista li saret mod ġdid li fih il-progress jitkejjel min-nuqqas ta’ rażan u minn libertà mingħajr ebda kontroll?

Fil-kuntest dwar oqsma delikati hemm bżonn ta’ ħafna għaqal u sens ta’ responsabbiltà. Jekk irridu nibnu komunità għal-livell tal-persuna umana bid-dinjità tagħha, il-liġi u l-morali m’għandhomx ikunu kontra xulxin anzi għandhom jissieħbu flimkien.

Hu proprju f’dan il-qafas li jitrawmu l-virtujiet tant meħtieġa għall-bini ta’ soċjetà tajba. Pereżempju hi indispensabbli l-virtù tal-onestà fil-mewġa ta’ korruzzjoni li qed tinfirex fis-soċjetajiet demokratiċi tal-punent. Hi tant meħtieġa r-responsabbiltà?

Aħna lkoll – il-mexxejja tal-Knisja, il-politiċi u ċ-ċittadini l-aktar dawk Kattoliċi – responsabbli anki tal-konsegwenzi l-iżjed imbiegħda tal-għemejjel tagħna. Aħna lkoll responsabbli tal-ġejjieni, tan-nisel li għad irid jiġi.

L-għaqal u r-responsabbiltà jitolbu li noqogħdu attenti fil-kliem li nużaw, li naħsbu fuq l-effett tad-diskors u tal-għemejjel tagħna, li l-ħin kollu ngħarblu dak li naħsbu, ngħidu, nagħmlu u naraw hux imnebbaħ mill-ġid komuni inkella minn xi ideoloġija li wara ftit żmien jgħaddi żmienha bħall-ideoloġiji l-oħra kollha.

Categories: Editorjal, Leħen is-Sewwa
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: