Home > Leħen is-Sewwa > Ktieb dwar il-ħajja ta’ Santa Gianna Beretta Molla

Ktieb dwar il-ħajja ta’ Santa Gianna Beretta Molla


Il-Fondazzjoni Monsinjur Salv Bartoli Galea ppubblikat bil-Malti l-ktieb Santa Gianna Beretta Molla: l-istorja ta’ ħajjitha maqlub għall-Malti minn Caroline Buhagiar.

Michael Caruana, iċ-Chairperson tal-Fondazzjoni, qal li permezz ta’ dan il-ktieb wieħed isir jaf il-ħajja qasira iżda mimlija bl-imħabba ta’ Alla u tal-proxxmu ta’ din il-qaddisa ta’ żmienna.

Hu qal li Gianna Beretta Molla għexet il-ħajja ta’ tabib u ta’ pedjatra eżemplari. Ħajja ta’ mara miżżewġa u omm u, wara li welldet tlett itfal, fir-raba’ tqala kellha problemi serji u riedet tagħżel. Għażlet minn jeddha li tagħti ħajja lit-tarbija tagħha u tissagrifika l-ħajja tagħha stess.

Danakollu, sostna Michael Caruana, setgħet tagħmlu għax Gianna Beretta Molla għexet ħajja intensa ta’ talb, fi prattika tal-karità, f’parteċipazzjoni attiva u konvinta fil-ħajja tal-Knisja, f’imħabba kbira lejn żewġha u f’dedikazzjoni bla tarf lejn uliedhom.

Dan il-ktieb qed jinbiegħ ħames ewro mill-Bookshop tal-Istitut Kattoliku l-Floriana; mill-uffiċċji tal-Azzjoni Kattolika Victoria Għawdex; mill-Catholic Book Centre ta’ Raħal Ġdid; mil-Librerija Preca Blata l-Bajda; mill-ħwienet Emmaus Birkirkara u Victoria Għawdex u mill-ħanut Faith, Hope and Charity il-Belt Valletta. Wieħed jista’ jirċevih id-dar bil-posta billi jibgħat sitt ewro lil Michael Caruana, Istitut Kattoliku, Floriana FRN 1441.

Hu l-ħsieb tal-Fondazzjoni Monsinjur Salv Bartoli Galea li aktar tard din is-sena tippubblika t-tieni ktieb dwar din il-qaddisa ta’ żmienna. Fil-fatt Caroline Buhagiar għadha kemm qalbet għall-Malti l-ittri li għaddew bejn Gianna Beretta Molla u żewġha Pietro li huma l-qofol tat-tieni ktieb dwarha.

Categories: Leħen is-Sewwa
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: