Home > Leħen is-Sewwa > Il-vjaġġ appostoliku tal-Papa Franġisku fl-Amerika Latina

Il-vjaġġ appostoliku tal-Papa Franġisku fl-Amerika Latina


Talab lil Ġesù jmexxih tul il-vjaġġ kollu …u issa qed jafda l-frott tal-vjaġġ lill-Madonna ta’ Guadalupe

Fl-ewwel appuntament pubbliku wara li ġie lura mill-Amerika Latina, fl-Angelus tal-Ħadd li għadda fi Pjazza San Pietru, il-Papa tkellem dwar il-vjaġġ appostoliku tiegħu fl-Amerika Latina. Hu qal li talab lill-Mulej biex l-ispirtu ta’ Ġesù, ir-Ragħaj it-Tajjeb, imexxih tul il-vjaġġ kollu.

3. popeWara li ġedded il-ħajr tiegħu lill-awtoritajiet ċivili u lill-membri tal-Knisja fl-Ekwador, il-Bolivja u l-Paragwaj, il-Papa Franġisku tkellem dwar l-isfidi li qed tiffaċċja l-Knisja fl-Amerika Latina.

Il-Papa qal li l-kontinent tal-Amerika Latina għandu potenzjal uman u spiritwali kbir. Għadu jżomm valuri Nsara profondi iżda għaddej minn problemi gravi soċjali u ekonomiċi.

Biex jiġu indirizzati dawn il-problemi, il-Papa qal li l-Knisja hi kommessa li tħaddem is-saħħa spiritwali u morali tal-komunitajiet tagħha b’kollaborazzjoni mal-bosta komponenti tas-soċjetà.

Il-Papa Franġisku temm li hu qed jafda l-frott tal-vjaġġ appostoliku indimentikabbli tiegħu lill-Verġni Marija li hi vvenerata mal-Amerika Latina kollha taħt it-titlu tal-Madonna ta’ Guadalupe.

Categories: Leħen is-Sewwa
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: