Home > Leħen is-Sewwa > Forum dwar Dun Mikiel Azzopardi u l-50 sena tad-Dar tal-Providenza

Forum dwar Dun Mikiel Azzopardi u l-50 sena tad-Dar tal-Providenza


27. Forum DC 2607Il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi flimkien mad-Dar tal-Providenza organizzaw Forum bit-tema Dun Mikiel Azzopardi u l-50 sena tad-Dar tal-Providenza. Din kienet serata ta’ tifkiriet U esperjenzi minn persuni li b’mod jew ieħor u f’xi ħin jew ieħor missew mal-kobor ta’ Dun Mikiel u raw b’għajnejhom il-mirakli li l-Providenza għamlet u għadha tagħmel mad-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi.

Is-serata kienet tinkludi wkoll dokumentarju qasir dwar il-ħajja ta’ Dun Mikiel Azzopardi.

Il-kelliema li qasmu l-esperjenzi tagħhom mal-udjenza li attendiet għall-forum kienu Dr Tonio Azzopardi, in-neputi ta’ Dun Mikiel; is-Sur Paul Mifsud, kollaboratur ta’ Dun Mikiel fl-Azzjoni Kattolika u fuq il-mezzi tax-xandir; is-Sur John Micallef, ex-Amministratur tad-Dar; is-Sinjuri Edna u Antoine Barbara, ġenituri ta’ residenta b’diżabbiltà intellettwali; is-Sinjorina Angela Agius, persuna nieqsa mis-smigħ li kienet residenti fis-Siġġiewi u issa qed tgħix ħajja indipendenti f’darha; Sor Gesuina Mangion, soru tal-Karità li ilha fid-Dar tal-Providenza mill-1977; Monsinjur Lawrence Gatt, id-Direttur tad-Dar wara Dun Mikiel bejn l-1987 u l-2008 u s-Sur Joe M. Camilleri, ex-Chairperson tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità (KNPD).

Dr Karol Aquilina, is-Sindku tal-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi, tkellem dwar is-sehem tas-Siġġiewi fil-ħajja tad-Dar tal-Providenza kemm minħabba l-lokalità imma aktar u aktar minħabba l-għadd ta’ Siġġiewin li jaħdmu fid-Dar bħala carers, support workers u f’taqsimiet oħra. Hu ħabbar li aktar ‘il quddiem se jkun inawgurat monument f’gieħ Dun Mikiel fi triq imsemmija għalih fis-Siġġiewi.

Fr Martin Micallef, id-Direttur tad-Dar tal-Providenza, ippreżenta rigal ta’ apprezzament lil Dr Aquilina.

Categories: Leħen is-Sewwa
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: