Home > Leħen is-Sewwa > Caritas se twessa’ l-orizzonti tagħha

Caritas se twessa’ l-orizzonti tagħha


Familji b’ħafna affarijiet bażiċi nieqsa fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum

Caritas Malta se twessa’ l-orizzonti tagħha u tilħaq iżjed persuni li fis-skiet jinsabu b’ħafna affarijiet basiċi nieqsa fil-ħajja tagħhom. Dan se tkun tista’ tagħmlu wara l-istudji li qed tagħmel fid-diversi parroċċi f’Malta.

Waqt il-laqgħa ġenerali tal-kummissjonijiet djakonali fi ħdan Caritas Malta ġie propost proġett biex tiġi esplorata l-kwalità tal-ħajja tal-familji Maltin fil-parroċċi.

L-istudju inkluda kwestjonarju bit-titlu As a tool to meet people iffukat fuq il-ħtiġiet tal-familji. Dan għandu jwassal biex Caritas tasal għand dawk l-aktar vulnerabbli fi ħdan il-komunità.

Il-parroċċa ta’ San Ġiljan kienet l-ewwel parroċċa li aċċettat li tipparteċipa f’dan il-proġett pilota.

Dr Maria Adele, Research and Advocacy Officer ta’ Caritas kienet il-Project Leader u Marika Borg Wirth kienet il-koordinatur tal-proġett fil-parroċċa ta’ San Ġiljan.

Bejn Lulju 2014 u Frar 2015 ġew intervistati mal-200 familja. Ir-rapport ġie finalizzat ix-xahar li għadda. Mill-familji intervistati wħud li kellhom bżonnijiet speċifiċi ġew riferuti lis-Sinjura Borg Wirth għal għajnuna immedjata.

Categories: Leħen is-Sewwa
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: