Home > Leħen is-Sewwa > Patri George Bugeja OFM nominat Isqof ta’ Tripli

Patri George Bugeja OFM nominat Isqof ta’ Tripli


1. Patri George Bugeja SC 1907Fis-Santwarju Nazzjonali Madonna Ta’ Pinu, Għawdex, il-Ġimgħa 10 ta’ Lulju, in-Nunzju Appostoliku għal Malta u l-Libja, l-Arċisqof Mario Roberto Cassari, ħabbar li l-Papa Franġisku ħatar lil Patri George Bugeja OFM, is-Superjur tal-Kunvent Sant’Antnin ta’ Padova f’Għajnsielem, Isqof Koadjutur tal-Vigarjat Appostoliku ta’ Tripli.

L-aħbar ingħatat fil-preżenza tal-Isqof t’Għawdex u President tal-Konferenza Episkopali Maltija Mario Grech, tal-Provinċjal tal-Patrijiet Franġiskani Minuri Patri Richard Grech u ta’ membri tal-kleru Għawdxi.

Fl-intervent tiegħu, l-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech wera s-sodisfazzjon kbir tal-Knisja lokali li l-Papa Franġisku qed jafda f’idejn wieħed minn uliedha l-missjoni ta’ Isqof.

Hu fisser għaliex kienet ix-xewqa tiegħu li dan il-komunikat jingħata fis-Santwarju Ta’ Pinu u mhux fil-Kurja tal-Isqof. L-aħbar, sostna l-Isqof Grech, għandha rilevanza pastorali u mhux sempliċement waħda amministrattiva.

Hu wiegħed lill-Isqof maħtur Bugeja t-talb tal-Knisja f’Għawdex fil-missjoni l-ġdida li l-Mulej qed isejjaħlu għaliha.

Min-naħa tiegħu, l-Isqof Patri George Bugeja sellem lil dawk preżenti u talabhom jiftakru fih fit-talb tagħhom.

Dawn il-mumenti ntemmu bit-talba tal-Angelus fil-Kappella tal-Madonna Ta’ Pinu.

Fl-istess ħin in-nomina ġiet ippubblikata wkoll fil-Bulettin tal-Aħbarijiet tas-Santa Sede.

L-Ordinazzjoni Episkopali ta’ Patri George Bugeja OFM mistennija ssir f’Għawdex fl-4 ta’ Settembru.

Sadattant, fid-diskors li għamel dakinhar li ngħata l-pallium, l-Arċisqof Charles J. Scicluna feraħ u ta’ merħba lill-Isqof elett, Patri George Bugeja. “Aħna nwegħduk it-talb tagħna, il-Mulej ikun il-ħarsien tiegħek, ikun il-premju tal-ubbidjenza tiegħek lejh, ir-Ragħaj it-Tajjeb. Nafu li din il-ħaġa ma fittixthiex minn rajk imma aħna nammiraw ukoll is-sens ta’ missjoni u ta’ fiduċja sħiħa fil-qawwa ta’ Alla li jħarsek u li jqaddsek, lilek u lil merħla li ‘l quddiem jafdalek f’idejk, inti u tgħin lill-Isqof Martinelli”.

Categories: Leħen is-Sewwa
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: