Home > Leħen is-Sewwa > Lourdes jibqa’ l-iktar popolari

Lourdes jibqa’ l-iktar popolari


Minkejja ż-żieda fin-numru ta’ pellegrini lejn destinazzjonijiet b’rabta reliġjuża

Bħal kull sena, l-Air Malta qed terġa’ tħaddem titjiriet charter għal Lourdes bejn dax-xahar u Settembru. Matul dawn ix-xhur, il-linja nazzjonali tal-ajru se tħaddem 18-il titjira diretta lejn u minn Lourdes u hu kkalkulat li se ġġorr 4,500 passiġġier.

Stephen Gauci, Head, Corporate Communications tal-Air Malta, ikkuntattjat minn Leħen is-Sewwa, qal li meta jżidu wkoll it-traffiku li kellhom fi żmien l-Għid u f’Mejju u l-pellegrinaġġi li jsiru f’Diċembru għall-festa tal-Kunċizzjoni, hu stmat li n-numru ta’ passiġġieri din is-sena jkun madwar 6,000 passiġġier: ftit inqas mis-sena li għaddiet.

Dan in-numru hu wkoll kostanti maċ-ċifra ta’ traffiku ta’ passiġġieri li ġarret l-Air Malta lejn din id-destinazzjoni f’dawn l-aħħar ħames snin.

Id-destinazzjoni ta’ Lourdes, issokta s-Sur Gauci, tibqa’ waħda mill-iktar popolari mal-Maltin u l-Għawdxin minkejja li fl-aħħar sena kien hemm żieda ta’ pellegrini li għamlu ġiti lejn Ruma u siti u destinazzjonijiet oħra b’rabta reliġjuża bħal Medjugorje, l-Art Mqaddsa u Krakovja.

Hu qal li t-titjiriet charter għal Lourdes jibqgħu jsiru minħabba li d-domanda kemm mill-aġenti tal-ivvjaġġar kif ukoll mill-pubbliku baqgħet dejjem konsistenti u għax l-aġenti tal-ivvjaġġar jippreparaw ġiti kompluti bl-akkomodazzjoni, transfers, gwidi u eskursjonijiet (package tours) skont il-ħtiġiet ta’ dan it-tip ta’ klijent, fosthom parroċċi u organizzazzjonijiet. Imma, peress li d-domanda hi speċifika għat-tliet xhur fl-aqwa tas-sajf u meta l-ajruplani tal-Air Malta huma utilizzati ħafna fuq ir-rotot bi skeda, il-kumpannija nazzjonali jkollha toffri t-titjiriet lejn Lourdes bi skeda tal-ħin fit-tard bil-lejl għax ma jkunx hemm disponibbiltà tal-ajruplan matul il-ġurnata.

L-Air Malta hi konxja ta’ dan u das-sajf irnexxielha toffri t-tluq tat-titjiriet lejn Lourdes fid-9 p.m. Ftit aħjar mis-snin ta’ qabel.

Categories: Leħen is-Sewwa
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: