Home > Leħen is-Sewwa > Ir-relazzjoni tagħna ma’ Ġesù tagħti sens lill-ħajjitna

Ir-relazzjoni tagħna ma’ Ġesù tagħti sens lill-ħajjitna


Is-16-il Ħadd ta’ Matul is-Sena (Mk. 6, 30-34)

Fr Partick Magro SJ

Is-silta tal-lum tfakkarna fil-qawwa li għandu Ġesù fuq kull min jiltaqa’ miegħu. Xi drabi nieħdu l-fidi tagħna wisq for granted u ma nindunawx li jekk inżommu ħajja r-relazzjoni tagħna ma’Alla, il-ħajja tagħna tista’ tkun ħafna aħjar.

Biex inkunu nistgħu ngħixu magħqudin ma’ Alla u nħossuh preżenti f’kulma nagħmlu rridu noqogħdu ftit miegħu, kuljum, u nistrieħu miegħu. Sabiħa wisq l-istedina fil-bidu tal-Vanġelu tal-lum fejn Ġesù jgħid lill-Appostli tiegħu biex jistrieħu ftit, qabel ma jkomplu bil-ġurnata bieżla tagħhom.

Sabiħ ħafna naraw li Ġesù kull darba li jkun se jagħmel miraklu jmur jitlob waħdu u jqatta’ ħin ma’ Missieru. Kemm għandna x’nitgħallmu aħna minn dan l-atteġġjament ta’ Ġesù! Xi drabi jkollna ġranet mimlija daqs bajda u nkomplu ngħabbuhom bil-laqgħat u bl-attivitajiet mingħajr ma nkunu kapaċi naħsbu ftit għax qed nagħmlu dan kollu. Din tinstema’ superfiċjali imma hi profonda ħafna: ir-relazzjoni tagħna ma’ Ġesù tagħti sens għall-ħajja tagħna. Mingħajr il-kuntatt tagħna miegħu aħna nispiċċaw neżistu mingħajr ma’ ngħixu tassew.

Biex nagħmlu l-ġid irid ikollna wkoll il-moħħ u l-qalb tagħna disposti biex nintebħu bin-nies li għandhom bżonna. Is-silta tal-lum tgħidilna li wara li Ġesù u l-Appostli tiegħu waqfu għal ftit, indunaw li madwarhom kien hemm ħafna nies fil-bżonn u ħassew għalihom. Jalla aħna ma nkunux mgħaġġlin iżżejjed fil-ħajja tagħna man-nies ta’ madwarna u ma’ Alla ħalli nkunu nistgħu ngħixu b’mod sħiħ.

Categories: Leħen is-Sewwa
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: