Home > Leħen is-Sewwa > Ħatriet ġodda fil-Kurja

Ħatriet ġodda fil-Kurja


Ristrutturar tal-Kunsill Presbiterali u tal-Kunsill Pastorali

L-Arċisqof Charles J. Scicluna qed jaħtar lajċi u saċerdoti li se jkunu qed jaħdmu miegħu f’diversi oqsma tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.  S’issa l-Kurja ħabbret uffiċjalment il-ħatra ta’ Fr Joe Galea Curmi bħala Vigarju Ġenerali u ta’ Monsinjur Carmelo Zammit bħala Vigarju Ġudizjali.

Leħen is-Sewwa hi nfurmata li l-Arċisqof Scicluna ħatar ukoll lis-Sur Michael Pace Ross bħala Segretarju Amministrattiv; lil Dun Frans Abdilla bħala l-persuna responsabbli mill-Kleru u l-Parroċċi; lil Monsinjur Charles Cordina bħala l-persuna responsabbli mid-Djakonija; lis-Sur Andrew Azzopardi bħala Head of Safeguarding; lis-Sur Kevin Papagiorcopulo bħala Head of Media; lis-Sur Joe Farrugia bħala l-persuna responsabbli mil-Lajċi; lil Dun Renè Camilleri bħala l-persuna responsabbli mill-Evanġelizzazzjoni u lil Patri Charles Mallia O.Carm. bħala l-persuna responsabbli mill-Iskejjel tal-Knisja.

’Il quddiem mistennija jinħatru lajċi u saċerdoti oħra li se jkunu qed imexxu oqsma u entitajiet oħra fi ħdan il-Knisja.

Sadattant, l-Arċisqof Scicluna qed jaħdem fuq ir-ristrutturar tal-Kunsill Presbiterali u tal-Kunsill Pastorali bl-iskop li dawn ikunu iżgħar fin-numru u aktar effiċjenti.

Categories: Leħen is-Sewwa
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: