Home > Editorjal, Leħen is-Sewwa > Ġrajja li jixirqilha importanza fil-ħajja tal-Knisja

Ġrajja li jixirqilha importanza fil-ħajja tal-Knisja


L-Editorjal

Fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, il-Ġimgħa 3 ta’ Lulju, seħħet ġrajja li sseħħ kull sena u li forsi ma tingħatax l-importanza li jixirqilha fil-ħajja tal-Knisja u tas-soċjetà.  Dakinhar saret l-ordinazzjoni tal-presbiteri u erba’ żgħażagħ irċevew minn idejn l-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P. ir-rigal kbir tas-saċerdozju li huma msejħa biex iħaddmu għall-ġid tal-komunità Nisranija u tas-soċjetà.

 

L-ordinazzjoni ta’ kull sena hi okkażjoni ta’ riflessjoni dwar il-missjoni tas-saċerdot illum u dwar id-dmir tal-komunità Nisranija li twettaq l-kmand ta’ Ġesù “Itolbu mela lil Sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema fil-ħsad tiegħu”.

Jista’ jsir iżjed biex il-komunità Nisranija tħoss l-importanza ta’ Jum l-Ordinazzjoni fid-Djoċesi u r-responsabbiltà tagħha li tagħti sehemha fil-ħidma vokazzjonali.

Il-ġenituri, l-edukazzjoni u l-formazzjoni t’uliedhom

Id-diskussjoni tal-policy document fuq il-liġi dwar il-gender – suġġett daqshekk delikat – żgur li m’għandhiex issir bl-għaġla. Apparti l-fatt li s-sajf mhux iż-żmien ideali għall-konsultazzjoni dwaru.

Dan id-dokument jittratta l-edukazzjoni u l-formazzjoni tat-tfal u l-ġenituri li għandhom ikunu jafu x’qed isir u jiġu kkonsultati.

Fl-Italja għadha kemm saret Family Day u għall-manifestazzjoni attendew mijiet t’eluf ta’ ġenituri bis-slogan Niddefendu lil uliedna. Kienet reazzjoni għall-ideat li qed jiġu ppreżentati anki b’kotba fl-iskejjel. Wieħed mill-promoturi tal-manifestazzjoni insista li sehem prinċipali fl-edukazzjoni tal-ulied hu tal-ġenituri li għandhom dritt li jagħmlu l-għażliet tagħhom fl-edukazzjoni ta’ wliedhom.

Il-Kunsilli Skolastiċi, magħmula minn għalliema u ġenituri, għandhom jiddiskutu dan id-dokument u jagħtu l-opinjoni tagħhom. Dokument bħal dan hu ta’ importanza akbar mill-attivitajiet ta’ fundraising li jorganizzaw.

Categories: Editorjal, Leħen is-Sewwa
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: