Home > Editorjal, Leħen is-Sewwa > Il-verità, il-Knisja u l-ambjent

Il-verità, il-Knisja u l-ambjent


L-Editorjal

Ma nirrealiżżawx kemm iċ-ċittadin li jemmen fis-sewwa u fid-dritt u li jixtieq jibni dinja aħjar għalih u għall-ġenerazzjonijiet tal-ġejjieni għandu responsabbiltà. Ma nistgħux għalhekk bil-passività u s-skiet tagħna nkunu kompliċi fil-ħerba li qed issir mill-virtujiet li huma l-bażi tar-relazzjonijiet fis-soċjetà tagħna.

Meta naraw affarijiet mhux tajba għandna nagħmlu l-parti tagħna bħalma meta naraw it-tajjeb għandna ninkuraġġuh. Jekk mezzi ta’ kommunikazzjoni qed iċaħduna mill-verità, għandna nuru li ma naqblux. Fil-Belt Valletta, is-Sibt 20 ta’ Ġunju, saret protesta kontra l-iżvilupp fil-Ponta taż-Żonqor. Fl-aħbarijiet tal-RTK issemma li attendew eluf, The Times online semmiet iċ-ċifra ta’ 3,000 u Super One TV fl-aħbarijiet semma li kienu mijiet li attendew. Hi din ekonomija mill-verità li ċċaħħad liċ-ċittadin milli jkun jafha. Iċ-ċittadini għalhekk iridu juru b’mod effettiv li huma għandhom dritt għall-verità.

F’dan il-każ il-protesta kienet dwar l-ambjent li hu ta’ kulħadd u, meta xi ħadd jara min qed jabbuża minnu,  hu fid-dmir tagħna lkoll, ta’ kulħadd, li nuri d-diżapprovazzjoni tagħna b’kull mod u mezz leġittimu.

Min ma jgħollix leħnu kontra l-qirda tal-ambjent hu ħati għax m’għamilx dak li suppost jagħmel. Li niddefendu l-ġmiel naturali tal-ħolqien hu dmir tagħna u jekk nagħlqu għajnejna u nisktu nkunu mhux biss kompliċi imma nkunu wkoll qed inħallu lil min irid jabbuża bi ħwejjeġ li mhumiex tiegħu. Inkunu qed nagħtu l-libertà lil min jabbuża biex  jibqa’ jabbuża.

Dan hu wkoll dmir il-Knisja lokali. Jekk il-Knisja universali għandha tkun il-ħarsien tal-ambjent – biżżejjed naqraw l-enċiklika li għadu kemm tana l-Papa Franġisku – kull Knisja, anki dik lokali, ma tistax tibqa’ ħalqha magħluq. Din il-gazzetta, bħala gazzetta Kattolika, għandha tkun ukoll difensur tal-ambjent u nistenna li l-qarrejja ta’ Leħen is-Sewwa jkunu difensuri tal-ambjent u juru l-ideat tagħhom.

Categories: Editorjal, Leħen is-Sewwa
  1. Mary Saliba
    July 13, 2015 at 8:31 am

    Nixtieq nirringrazzja lil-Laikos u lid-Direzzjoni tal-Lehen is-Sewwa tas-servizzi taghhom u nifirhilhom ghal din l-inizjattiva tassew sabiha.

  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: