Home > Leħen is-Sewwa > Il-qrar fil-konfessjonarju

Il-qrar fil-konfessjonarju


Karmenu Psaila minn Birkirkara, jikteb: Qrajt b’interess l-ittra ta’ Alfred Massa (Leħen is-Sewwa, 24 ta’ Mejju)li lmenta li s-saċerdoti m’għadhomx iqarru fil-konfessjonarju u waqt il-qrar ma jilbsux l-istola.

Personalment inħossni nqerr aktar komdu bilqiegħda  u  wiċċ imb wiċċ mal-konfessur. Naħseb li jekk xi ħadd  ikun irid joqgħod f’konfessjonarju u għarkupptejh,  is-saċerdot ma jsibx diffikultà.

Li nixtieq hu li s-saċerdoti ma jqarrux jekk mhux libsin b’ilbies lituġiku jew suttana jew ċoqqa,  jekk ma tkunx xi okkażjoni jew  ħaġa ta’ malajr jew għax ikun mitlub li jqarar bla mistenni. Naqbel ukoll li tintuża l-istola.

L-aktar ħaġa li tħawwadni  hi  li donnhom il-konfessuri m’għandhomx l-istess regoli u min jgħid dak mhux dnub u tista’ titqarben u min fuq l-istess  materja jgħid dak dnub u ma tistax titqarben. Dan qed iġib ħafna taħwid fil-fidili.

Naħseb li regoli hemm imma l-awtoritajiet tal-Knisja qed jiġbdu l-attenzjoni ta’ min ma jimxix fuq ir-regoli?

Categories: Leħen is-Sewwa
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: