Home > Leħen is-Sewwa > Il-Maratona tal-Volleyball b’risq id-Dar tal-Providenza

Il-Maratona tal-Volleyball b’risq id-Dar tal-Providenza


Inġabret somma rekord ta’ €550,612

31. Pix 1 on 3 cols 1207Somma rekord ta’ €550,612 inġabret waqt il-Maratona tal-Volleyball b’risq id-Dar tal-Providenza li saret fil-parkeġġ tad-Dar bejn il-Ġimgħa 3 u l-Ħadd 5 ta’ Lulju. €325.010 minn din is-somma nġabret waqt edizzjoni speċjali tal-programm Xarabank fuq l-istazzjon nazzjonali tat-televiżjoni.

Il-maratona ġiet inawgurata mill-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca l-Ġimgħa filgħaxija. Preżenti għall-inawgurazzjoni kien hemm is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabiltà Dr Justyne Caruana, iċ-Chairperson tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabiltà s-Sur Oliver Scicluna u r-rappreżentant ta’ Marigold Foundation (li sponsor ewlieni tal-maratona Dr Robert Xuereb.

Fid-diskors tiegħu, Fr Martin Micallef, id-Direttur tad-Dar tal-Providenza, qal li din is-sena l-Maratona tal-Volleyball kienet parti mill-attivitajiet li d-Dar tal-Providenza qed torganizza fl-okkazjoni ta’ għeluq il-ħamsin sena mit-twaqqif tagħha. Hu qal li d-Dar taf il-bidu tagħha lil Dun Mikiel Azzopardi imma wkoll lil dik il-mara ġeneruża li wara li semgħetu jaqsam il-ħolma tiegħu fuq ir-Redifussion marret sabitu ħdejn id-dar tiegħu fil-Floriana u tagħtu l-ewwel mitt lira biex jibda dan il-proġett li hu ħalla f’idejn il-Providenza Divina.

Kif kien iħobb jgħid hu stess, minn dakinhar sal-lum ġara bħal-miraklu tat-tkattir tal-ħobż u dawk il-mitt lira nbidlu f’xita ta’ ġenerożità mill-poplu Malti u Għawdxi li dejjem sostna l-ħidma tad-Dar b’mod li d-Dar tal-Providenza tul dawn is-snin kollha kienet dejjem simbolu ħaj ta’ dan l-ispirtu ta’ ġenerożità fost dan il-poplu.

Aktar minn 300 voluntier taw is-sehem tagħhom f’din il-maratona li kienu jinkludu 40 parteċipant li daħlu għall-isfida ta’ 53 siegħa ta’ logħob kontinwu ta’ volleyball.

Il-Prim Ministru Dr Joseph Muscat u l-mara tiegħu, il-Kap tal-Oppożizzjoni Dr Simon Busutill, il-Vigarju Ġenerali Fr Joe Galea Curmi, il-Presidenti Emeriti Dr George Abela u Dr Eddie Fenech Adami, Ministri u Segretarji Parlamentari, Membri Parlamentari miż-żewġ naħat tal-Parlament kif ukoll il-Membri tal-Parlament Ewropew Dr Alfred Sant, Dr Roberta Metsola u Dr Therese Comodini Cachia żaru din il-maratona biex jinkoraġġixxu l-players u jħeġġu l-pubbliku jagħti l-kontribuzzjoni tiegħu.

Fi tmiem il-maratona, Fr Martin irringrazzja lil dawk kollha li kienu nvoluti fis-suċċess tagħha u mhux linqas lill-poplu Malti u Għawdxi li għal darba oħra wera kemm għandu għal qalbu d-Dar tal-Providenza. Hu qal li din il-maratona wriet biċ-ċar li l-ġenerożità ta’ dik il-mara li tat l-ewwel mitt lira nbidlet f’ġenerożitá li tittieħed u li għada sal-lum tgħin biex ir-residenti tad-Dar tal-Providenza jgawdu l-aqwa kwalità ta’ ħajja possibbli f’ambjent li jirrispetta d-dinjità u d-drittijiet tagħhom.

 

Categories: Leħen is-Sewwa
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: