Home > Leħen is-Sewwa > Il-ħmistax-il Ħadd ta’ matul is-sena (Mk 6, 7-13)

Il-ħmistax-il Ħadd ta’ matul is-sena (Mk 6, 7-13)


Il-missjoni tat-tnax

 U sejjaħ it-tnax u beda jibgħathom tnejn tnejn, filwaqt li tahom is-setgħa fuq l-ispirti ħżiena. U wissiehom biex ma jieħdu xejn magħhom għat-triq ħlief ħatar: la ħobż, la ħorġa, lanqas flus fi ħżiemhom imma li jilbsu l-qrieq u ma jxiddux żewġ ilbiesi.

Qalilhom: « Fejn tidħlu f’xi dar, ibqgħu fiha sa ma titilqu minn hemmhekk. U jekk xi post ma jilqagħkomx u ma jisimgħukomx, itilqu minn hemm u farfru t-trab minn taħt saqajkom bħala xhieda kontrihom ».

Ħarġu mela jxandru biex in-nies jindmu u keċċew bosta xjaten u dilku ħafna morda biż-żejt u fejquhom.

F’din is-silta mill-Vanġelu skont San Mark naqraw kif Ġesù ‘beda jibgħathom tnejn tnejn’. Dan hu l-preludju ta’ dak li b’mod aktar solenni Ġesù kien se jagħmel mal-appostli meta jibgħathom u qalilhom: « Morru fid-dinja kollha, xandru l-Vanġelu lill-ħolqien kollu» (Mark16,15).

Din l-istedina hi l-ewwel u qabel kollox indirizzata lill-Appostli u llum lis-suċċessuri tagħhom: il-Papa, l-Isqfijiet u s-saċerdoti. Imma mhux lilhom biss. Huma għandhom ikunu dawk li jigwidaw u janimaw f’din il-missjoni komuni għall-Insara kollha.

Fil-Vanġelu skont San Luqa naraw kif Ġesù « għażel 72 oħra u bagħathom tnejn tnejn qablu f’kull belt u post fejn kien se jmur hu» (Luqa 10, 1). Dawn it-72 x’aktarx kienu dawk kollha li kienu nġabru miegħu jew dawk li kienu lesti li jimpenjaw ruħhom serjament għalih. Ġesù jibgħat lil kulħadd.

Għalhekk din hi l-missjoni tagħna wkoll. Forsi wieħed jista’ jistqsi: kif jien nista’ nkun dak li nwassal lil Kristu lill-oħrajn? L-aħjar xhieda hi dik personali, jiġifieri li naqsam mal-oħrajn l-esperjenza li jien għamilt ta’ Ġesù fil-ħajja tiegħi. Hekk il-Kristjaneżmu jsir bħal xi ħaġa li tittieħed. Wieħed jgħaddiha lill-ieħor.

Ta’ min jinnota wkoll li Ġesù jibgħathom tnejn tnejn mhux weħidhom. San Girgor il-Kbir jispjega kif Ġesù jagħmel dan għax hu almenu bejn żewġ persuni li tista’ tingħex il-karità. L-ewwel xhieda li rridu nagħtu aħna ta’ Kristu hi li nħobbu lil xulxin. « Minn dan jagħraf kulħadd li intom dixxipli tiegħi, jiġifieri, jekk ikollkom l-imħabba bejnietkom » (Ġwanni 13, 35).

Fid-dawl ta’ dan kollu tajjeb nistaqsu ftit lilna nfusna kemm qed ngħixu dan l-kmandament tal-imħabba ma dawk ta’ madwarna? Hemm persuni f’ħajti li nwarrab, li ma nniżżilx, li ma naħmilx, li qalbi iebsa għalihom? Kemm jien lest naħfer bħalma Ġesù jaħfer lili? Kemm jien lest li nagħti ċans ieħor…mhux għax hu faċli imma biex inwassal lil Kristu u l-imħabba tiegħu lill-oħrajn? Jalla tassew minn dan jagħrfuna li aħna tiegħu mill-imħabba ta’ bejnietna u b’għemilna nkunu evanġelizzaturi tal-Aħbar it-Tajba.

 

Categories: Leħen is-Sewwa
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: