Home > Leħen is-Sewwa > Il-familja fit-tielet millennju

Il-familja fit-tielet millennju


Il-Fondazzjoni OASI organizzat Konferenza Nazzjonali dwar Il-familja fit-tielet millennju. Fost dawk li tkellmu fil-Konferenza kien hemm l-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech
MG_003Darba raġel mar f’ristorant biex jipprogramma ikla. Xtaq pranzu mill-aqwa u, bħala deżerta, ordna li jġibulu “tuffieħ” varjat.

Wasal jum il-pranzu u, wara li mexmex kollox, talab li jressqulu d-deżerta. Hu tmeżmeż x’ħin imlewlu l-mejda b’kull xorta ta’ tadam. Sejjaħ lis-sid u stħarreġ għaliex wara ikla tajba kienu qed joffrulu t-tadam. 

Is-sid wieġbu li kien qed iservih skont kif ordna. Ir-raġel beda jitlef is-sabar u qallu: “Issa qed tħawwadni u nissuspetta li qed tgħaddini biż-żmien għax jien ordnajt tuffieħ ta’ belludja”.

Is-sid infixel ukoll għax bil-kelma tuffieħ hu fehem “tuffieħ tadam”.

Qed ngħid din l-istorja għax nibża’ li qed jiġrilna l-istess ħaġa fir-rigward tal-familja. Ilkoll nitkellmu dwar il-familja imma għandna problema ta’ semantika għax, għalkemm nużaw l-istess kelma, mhux kulħadd jifhem l-istess. Barra li dan jaf ikun kaġun li nħawdu lill-oħrajn, fil-fehma tiegħi jispjega għaliex fis-soċjetà jingħad u jsir ħafna favur il-familja imma ma aħniex naraw frott.

Sfortunatament il-kunċett ta’ “familja” tbattal bir-riskju li din il-kelma tilfet is-seħer tagħha.

Jien nappella biex infittxu naqblu x’qed nifhmu meta ngħidu familja u jekk m’hemmx posti f’dan id-dibattitu, inħeġġiġkom tilħqu consensus dwar x’tifsira għandha din il-kelma sagra.  Inkella, jekk it-tifsira ta’ familja tibqa’ vaga u ġenerika, allura nissuspetta li se nibqgħu nagħqdu fl-istess post.

Tifsira ta’ familja

Jien għandi tifsira ta’ familja. Tifsira li mhix ta’ natura reliġjuża imma naturali.

It-tifsira ta’ familja li nemmen fiha jien mhix “maħluqa” mill-bnedmin imma naf li l-parti l-kbira tal-bnedmin jixxenqu għaliha u dan minkejja li hemm min jikkontestaha.

Dan li qed ngħid ma jfissirx li m’għandniex nagħtu kas ta’ esperjenzi oħra li qed jagħmel il-bniedem. Kull bniedem għandu d-dinjità tiegħu li trid tiġi rrispettata u megħjuna imma daqshekk ieħor il-familja għandha tiġi mħarsa. Hu dmir tas-soċjetà li tagħti attenzjoni u tgħin lill-minoranzi imma dan mingħajr ma tifga dak li jappartjeni lill-wirt komuni tal-umanità.

Illum jeżistu ideoloġiji li qed jgħaddu biż-żmien lill-bniedem għax jippreżentaw ruħhom bħala pampaluni tal-familja. Imma minn tal-familja vera għandhom ftit li xejn!

Ladarba naslu biex naqblu x’qed nifhmu bil-kelma “familja” imbagħad anki l-istess azzjoni favur il-familja tkun aktar iffukata. Bħalma x-xitla tat-tuffieħ tadam li jikber fix-xitwa tkun trid il-qasab biex iżżomm wieqfa, hekk ukoll is-soċjetà għandha tipprovdi policies soċjali li bħal qasab iżommuha wieqfa. Għandi f’moħħi policies ekonomiċi u dawk edukattivi.

Imma l-agħar dudu li qed jifni l-bniedem u jirrendih bla ħila biex jgħix fl-ambjent tal-familja hu l-individwaliżmu. Xi drabi anki l-istess definizzjonijiet li nagħtu lill-familja huma rifless ta’ dan l-individwaliżmu.

Wieħed jawgura li l-istess esperjenza tal-familja tgħin biex dan id-dudu jitlef il-qawwa tiegħu.

bishopmgrech@gmail.com

Categories: Leħen is-Sewwa
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: