Home > Leħen is-Sewwa > Elf biċċ tad-deheb – Rakkont ta’ Leone Tolstoj 

Elf biċċ tad-deheb – Rakkont ta’ Leone Tolstoj 


Joe Galea

Darba waħda raġel sinjur ħafna ddeċieda li jagħmel opra tajba billi jagħti elf rublu tad-deheb lill-foqra.

Billi ma kienx jaf kif se jqassam is-somma mar għand il-qassis tar-raħal. Imma meta ra daqshekk flus, il-qassis ħassu mħawwad.

“Somma kbira”, qallu, “u nibża’ li ma nafx kif se nqassamha b’ġustizzja. Tista’ tissuġġerili lil min nista’ nagħtihom dawn ir-rubli kollha”?

Is-sinjur ħaseb ftit u wieġeb. “Il-Mulej żgur jaf imexxik f’din l-opra. Agħtiha lill-ewwel fqir li jħabbat il-bieb tiegħek”.

Mela fl-istess raħal kien hemm raġel fqir ħafna, marid, b’ħafna wlied u diżgrazzji. Minkejja dan kollu, il-fiduċja fil-providenza ta’ Alla qatt ma naqsitu. F’jum ta’ xorti ħażina iktar mis-soltu waqt li kien qed jaqra mill-Ktieb tas-Salmi waqgħu taħt għajnejh dawn il-kliem: “Kont żagħżugħ u issa xjaħt u qatt ma rajt bniedem tajjeb abbandunat u lanqas lil uliedu jittalbu l-ħobż”.

“Dawn il-kliem mhumiex veri, m’hemmx dubbju, għax jien li qatt m’għamilt ħsara lil ħadd ġejt minsi minn Alla u wliedi kienu mġiegħla jittallbu”. Hekk qal l-imsejken raġel, mistgħaġeb kif din il-frażi setgħet tinstab fi ktieb sagru. Iddeċieda li jmur għand il-qassis u jistaqsih x’kienu jfissru dawn il-kliem.

Kif wasal għand il-qassis, dan ġie fuqu u taħ l-elf biċċa tad-deheb. Kien hu l-ewwel fqir li ħabbat fuq il-bieb.

Vers mill-Bibbja kien ta’ xorti tajba għal dan il-fqir.

josephgaleam@gmail.com

Categories: Leħen is-Sewwa
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: