Home > Minn Fr Mario Attard OFM Cap > Hemm xi ħadd ieħor?

Hemm xi ħadd ieħor?


Patri Mario Attard OFM Cap

“In-nies jgħallmuk!” Ħafna nies qaluhieli din. Tiskanta kemm ma’ kull min tilaqa’ jgħallmek xi ħaġa. Hi x’inhi t-tagħlima! Iva! Jgħallmek dik ix- xi ħaġa li tiswielek. Mela agħmilha! Jew, jekk twettaqha, iġġibek fil-għali. Mela tagħmiliex!

Bl-istess mod nista’ ngħid għalija nnifsi. Inħobb iva ngħid: “Huma n-nies li jgħallmuni nkun Patri!” Bil-mod tal-imġieba tagħha juruni kif għandi nimxi magħhom. Kif nismagħhom. Kif nitgħallem mingħandhom. Xi grazzja hux! Jalla nimxi f’din it-triq!

Mela, xi xhur ilu kont qiegħed għand familja li jħobbu ż-żwiemel. M’għandniex xi ngħidu li la huma u jien inħobbu ż-żwiemel il-biċċa l-kbira tad-diskors tagħna waqa’ fuqhom. Madankollu d-diska nbidlet b’dan l-inċident ħelu li jissarraf mitqlu deheb bit-tagħlim siewji għall-ħajja li fih!

Kien hemm żgħażugħ u ħareġ minn ġo butu l-lemini wieħed minn dawn l-imberkin mowbajls moderni u ikkumplikati. Dan beda jdoqq klipp il-veru tajjeb. Il-klipp kien bit-Taljan. Għalhekk, biex ma ntellifx mis-sbuħija tal-kliem tiegħu, se nirrakuntalkom ħaġa b’ħaġa kif żvolġa dan il-famuż klipp. Il-klipp joħodna f’post kollu muntanji mimlija silġ. U, sewwasew, max-xifer waħda minnhom, kien hemm imqabbad ma’ ġebla imħarrġa ‘l barra u qisu litteralment xadina, ċertu Uccio DeSantis. Tgħidulix kif spiċċa imdendel ma’ dan ix-xifer l-imbierek Uccio! Imma, li naf hu li jekk, Alla ħares qatt, Uccio fettillu jneħħi jdejħ minn fuq din il-biċċa ġebla mdaqqsa li kienet qiegħedha iżżommu, żgur li kien jispiċċa aċċjomu bit-tisbita warrab wiċċek li kien jiekol minn hemm fuq!

Bir-raġun li Uccio kien beżgħan. U kellu biex! Taħtu kien hemm abbiss ta fond! F’dik il-kesħa tal-muntanji u f’post fejn kien sulu l-imsejken Uccio, sforz il-biża u l-għejja kbira li ħakmuħ l-għaliex kien imdendel bejn sema u art ma’ din l-imbierka ġebla tal-muntanja, beda jgħajjat kemm jiflaħ forsi xi qalb tajba tiġi u teħilsu mill-ħalq il-mewt. Għajjat: C’è qualcuno? Li bl-ilsien Malti tiġi: “Hemm xi ħadd?” X’ħin staqsa din il-mistoqsija r-riħ, li qabel kien moderat, beda jitqawwa u jitqawwa. X’ħin beda jħoss dan ir-riħ qawwi Uccio għamel il-ħila u għajjat għal darb’oħra: C’è qualcuno? “Hemm xi ħadd?” Fl-isfond in-nies bdiet tidħak. Id-daħka tagħha fakkrittni fid-daħka ta’ dawk li ma jemmnux bil-basal! Għax dawn, meta jaraw lilna li nemmnu se negħrqu l-aħħar fil-mewġ qalil ta’ ħajjitna, u nibdew ngħajtulu għall-għajnuna, x’passata jgħadduna! “Araħ x’jitlob!” “Ħa tiekolha l-għatba tal-Knisja!”

Għat-tielet darba Uccio għamel il-qalb u għajjat: C’è qualcuno? Hekk kif temm l-aħħar għajta ir-riħ tant kemm tqawwa li kont taħsbu bħal dak tal-film Ten Commandments li bih Mosè feraq il-baħar! Uccio! Instema’ l-leħen sod u kollu setgħa. Sto qua! Che è? Chi è? Bl-ilsien Malti tiġi: “Qiegħed hawn! Min int? Min int?” Issokta l-leħen: Sono Dio! Ti ho ascoltato! Jiġifieri: “Jiena Alla! Smajtek!” Dio! “Alla!” wieġeb Uccio. Non ti preoccupare! “Tibżax!” Sì!, wieġbu Uccio b’nifsu maqtugħ. Ti aituo Io! “Ngħinek Jien!” serraħlu rasu l-Mulej.

Grazie! Grazie Dio! “Grazzi! Grazzi Alla!” dlonk wieġbu Uccio b’ferħ kbir u nifsu maqtugħ. Wieġbu Alla: Lasciati cadere nel vuoto. I miei angeli ti prenderanno al volo. “Ħalli lilek innifsek taqa’ fix-xejn. L-anġli tiegħi se jaqbduk waqt li se tkun fl-arja”. In-nies reġgħu bdew jidħku. “Żinn! U mela jien se nemmen li Alla se jġorrni fl-arja jew?” Mhux hekk pespsilhom ta’ denbu twil!

Anki Uccio bela’ s-seksik tas-serp velenuż! Beda jaħsibha! Fil-fatt ħares l’hemm u l’hawn, għal darbtejn, u staqsa: C’e qualcun altro? “Hemm xi ħadd ieħor?”. Daħku n-nies għalkemm ir-riħ issokta għaddej. Ma kienx kuntent: C’e qualcun altro? “Hemm xi ħadd ieħor?” U x-xitan jidħak bih!

Meta nħalli l-biża’ tifgani u ma nemminx fil-wegħdiet ta’ Alla inkun tad-daħk! Jaħasra! Nitlef l-okkażjoni li jiġi u jsalvani. U jekk ma jsalvanix Hu min tridu jsalvani?

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: