Home > Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta > Il-Papa Franġisku: “Inħarsu ‘l qlubna mill-“ħsejjes pagani”.

Il-Papa Franġisku: “Inħarsu ‘l qlubna mill-“ħsejjes pagani”.


In-nisrani għandu jitgħallem iħares ‘il qalbu mill-“passjonijiet” u mill-“ħsejjes tad-dinja” biex ikun aktar attent ħalli f’kull ħin, jilqa’ l-grazzja t’Alla.  Il-Papa Franġisku offra din ir-riflessjoni waqt l-omelija fid-Dar Santa Marta tal-quddiesa li ċċelebra dalgħodu.

Hemm mument favorevoli biex wieħed jilqa’ r-rigal gratwit tal-grazzja t’Alla.  Dan il-mument huwa “issa”.  In-nisrani, jgħid il-Papa Franġisku, għandu jkun dejjem konxju ta’ dan u għalhekk qalbu trid tkun dejjem imħejjija biex tilqa’ dan ir-rigal, qalb ħielsa mill-“ħsejjes tad-dinja” li huma “l-ħsejjes tax-xitan”.

Ir-riflessjoni tal-Papa kienet imnebbħa miż-żewġ siltiet tal-liturġija tal-lum.  Mill-qari meħud minn San Pawl il-Papa saħaq fuq il-frażi: “tirċevux il-grazzja t’Alla għalxejn”, grazzja li l-Appostlu jgħidilna li tidher “issa”.

Dan ifisser, kompla jgħid Franġisku, li l-Mulej itina l-grazzja f’kull waqt, rigal b’xejn.  Ejjew nilqugħ, eżorta l-Papa, billi nkunu attenti għal dak li kompla jikteb Pawlu: “Min-naħa tagħna m’għandniex inkunu ta’ skandlu għal ħadd”.

L-iskandlu jtih dak li jgħid li hu nisrani, imur il-knisja, jmur għall-quddiesa fil-jum tal-Ħadd imma ma jgħixx ta’ nisrani.  Meta persuna tkun hekk, tagħti skandlu.  Kemm-il darba smajna min jgħid: Ara dak, ara dik, il-Ħadd il-quddies imbagħad jagħmel dik, dik u l-oħra….  B’hekk in-nies jiskandaliżżaw ruħhom.

Dan irid jgħid Pawlu meta jistqarr: “tirċevux il-grazzja għalxejn”.  Kif allura, rridu nilqugħa?  Qabel kollox, meta jkun il-mument propizju, jgħid l-Appostlu.  Aħna rridu nkunu dejjem attenti biex nifhmu l-waqt ta’ Alla, il-mument li fih Alla jmissilna qalbna.

In-nisrani, spjega l-Papa, jilħaq l-għatba ta’ din l-attenzjoni meta jkollu l-ħila “jħares ‘il qalbu” billi jbiegħed minnu kull ħoss li mhux ġej mill-Mulej, billi jbiegħed dak kollu li jneħħilu l-paċi.

Qalb ħielsa mill-“passjonijiet”, li fil-Vanġelu Ġesù jsejilhom “għajn għal għajn”, u li mbagħad jaqlibhom ta’ taħt fuq meta jgħidilna biex indawru wiċċna n-naħa l-oħra jew biex nimxu żewġ mili ma min iġegħelna nimxu mil miegħu.

Irridu nkunu ħielsa mill-passjonijiet u jkollna qalb umli, qalb mansweta.  Il-qalb hi mħarsa mill-umiltà, mill-manswetudni, u qatt mill-ġlied u mill-gwerrer.  Dawn huma l-ħsejjes: il-ħsejjes tad-dinja, il-ħsejjes pagani jew il-ħsejjes tax-xitan.

Qalbna trid tkun fil-paċi.  Ma nkunu ta’ skandlu għal ħadd ħalli ħadd ma jkollu għalfejn imaqdar il-ministeru tagħna, jgħid Pawlu.  Imma Pawlu jrid ifisser ukoll il-ministeru tax-xhieda nisranija li nagħtu, ħalli ħadd ma jkollu għalfejn jikkritikaha.

Inħarsu qalbna biex inkunu ta’ Alla dejjem, jew, kif jgħidilna San Pawl “fit-tiġrib, fil-ħabs, fit-taħbit, fl-għeja, fis-saħriet bla rqad, fis-sawm.

Imma dawn huma affarijiet koroħ u jien irrid inħares ‘il qalbi bihom biex nilqa’ l-gratwità u r-rigali ta’ Alla, staqsa l-Papa?  Iva!  U kif nagħmel dan?  Ikompli jgħidilna Pawlu: Bis-safa tal-qalb, bl-għerf, bis-sabar, bil-ħlewwa, bi spirtu qaddis.

L-umiltà, ir-rieda tajba, il-paċenzja li jħarsu biss lejn Alla, b’qalb miftuħa għall-Mulej li għaddej minn ħdejna.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: