Home > Minn Fr Mario Attard OFM Cap > Ma tridx iddaħħalha f’rasek!

Ma tridx iddaħħalha f’rasek!


Patri Mario Attard OFM Cap 

Darba minnhom kont miexi f’kuritur fl-Isptar. Niftakar li f’dik il-ġurnata l-affarijiet ma kienux daqshekk hectic. Għall-erwieħ! Mela stajt nimxi bil-mod il-mod u b’ċertu kalma. U mhux bħas-soltu! Road Runner!

Il-bint kienet qed titħaddet mal-omm fuq xi ħaġa. U, f’daqqa waħda, daret lejha u qaltilha: “Ma tridx iddaħħalha f’rasek!” X’ħin smajt din il-kelma tbissimt. Mhux għall-omm tafux. Imma għalija stess! Mhux l-ewwel darba li naqbad lili nnifsi rasi iebsa fuq ċerti affarijiet!

Ġieli sibt min jgħidli: “Patri! M’hawn agħar milli tkun rasek iebsa!” Imbagħad, kważi fl-istess nifs, kien hemm oħrajn li qaluli: “Patri! Ħa ngħidlek, aħjar tkun rasek iebsa fil-ħajja!” U, fl-aħħar nett, biex inkun komplejt il-kwardu sħiħ tal-istorja, ġieli wkoll sibt lil min jgħidli: “Patri! Daqqa għandek tkun rasek iebsa. U daqqa ma tkunx!”

Fil-qalba ta’ qalbi nħoss li għandi immur mat-tielet grupp. Ġieli imnalla tisma’ minn ħaddieħor. Inkella tispiċċa tbati ħafna. Fejn naf, ikun xi jkun il-każ. Issegwi suġġeriment li xi ħadd jagħtik imbagħad iġġibha żewġ! U r-rejazzjoni naturali tkun: “Imnalla għamilt kif qaltli dik jew dak!” Biss, xi drabi jista’ jiġrilna li nieħdu falza stikka wkoll! Fis-sens li nkunu qagħdna fuq suġġeriment ta’ xi ħadd u ninqlew. U x’ngħidu: “Jaħasra! Ma kienx is-siegħa u l-mument li ppruvajt insegwi li qalli dak! Jew li qatli dik”. Imbagħad nikkunslaw mill-fatt li “almenu ma għaffiġtx waħdi! Ippruvajt għall-ġid! Anki jekk swieli b’deni!”

Veru ħbieb! Tipprova għall-ġid! U x’konsolazzjoni fiha din! Il-ħajja m’hijiex problema li rridu nsolvu. Imma misteru li jeħtieġ li ngħixu. Min ħajtu jaraha sempliċiment medda ta’ żmien li fiha jrid isolvi l-problemi kollha li għandu f’ħajtu ngħidlu li qed jitħabat iżżejjed u se joħroġ ferm diżappuntat! Dan ma jfissirx li wieħed, quddiem problema, jorbot idejh u joqgħod ċiċċi beqqi b’idejh fuq żaqqu tafux! Ma tarax! Fil-ħajja sehmna irridu nagħmluh. U nagħmluh bil-bosta!

Imma, għalkemm nagħmluh, irridu nwaħħluha f’rasna li aħna għandna kunjom inviżibbli: limited! Issa dan il-kunjom li, nerġa’ ngħid u ngħid, għandu kulħadd, mill-kbir saż-żgħir, il-fqir u s-sinjur, is-setgħani u l-komuni, tal-istat u tal-Knisja, qiegħed hemm imkaħħal mal-isem u l-kunjom uffiċċjali tagħna. Nagħmlu tajjeb għalhekk li dan il-kunjom li ma jidhirx niftakru fih tas-spiss! Inkella jekk ma niftakrux fih aħna immorru ħażin!

U ejja Patri? Kif? Ħa ngħidlek sieħbi. L-istonku tagħna jibda’ jagħli u jittiekel. Nifisna jitqȃl. U rasna tibda tuġagħna. Anzi! Nibdew inħossu fiha l-pressjoni! Le sieħbi! Dan mhux lant! Irridu nitgħallmu nikkalmaw. Nirrilassaw. U biex tirrilassa ara taħseb li għandek għalfejn tmur ‘il bogħod ‘il bogħod. Biżżejjed tisma’ l-għajta li tidħollok f’qalbek tal-kelb tiegħek. L-ewwel itimgħu u isqieh. Imbagħad, la jasallu l-ħin, għall-barra! Oħroġ passiġġjata bih. Jaħbatlek ferm aħjar. Għalih u għalik stess!

Din trid idaħħalha f’rasek ħabib! Bħalma rrid indaħħalha f’rasi jien ukoll. Il-Patri! Għandna limitu safejn naħdmu. Irridu nistrieħu. Inkella għalġolfriextalmard.com

Bħas-soltu … L-għażla f’idejk! F’idejja …

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: