Home > Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta > L-insara għandhom jaqdu mingħajr ma jistennew xejn lura u jgħidu le għall-ingann tal-ġid materjali.

L-insara għandhom jaqdu mingħajr ma jistennew xejn lura u jgħidu le għall-ingann tal-ġid materjali.


Mixi, servizz, gratwità.  Il-Papa Franġisku għamel omelija dwar dawn it-tliet punti hu u jikkummenta l-pass tal-Vanġelu tal-lum li fih Ġesù jistieden lid-dixxipli biex iħabbru l-bxara t-tajba.

Ġesù, qal il-Papa bagħat lid-dixxipli fuq mixja, mhux biex jagħmlu passiġġata.  Id-dixxipli huma mibgħuta biex jagħtu messaġġ, biex iħabbru l-Vanġelu u jwasslu s-salvazzjoni, il-Vanġelu tas-salvazzjoni.

Din hi l-biċċa xogħol li Ġesù ta lid-dixxipli tiegħu, kompla jgħid il-Papa.  Jekk dixxiplu jibqa’ wieqaf u ma joħroġx, ma jagħtix dak li rċieva fil-Magħmudija lill-oħrajn, dan mhux veru dixxiplu ta’ Ġesù: jonqsu l-missjonarjetà, jonqsu joħroġ minnu nnifsu biex iwassal xi ħaġa tajba lill-oħrajn.

It-triq tad-dixxiplu ta’ Ġesù hi li jmur ‘l hinn minnu nnifsu biex iwassal il-bxara t-tajba.  Imma d-dixxiplu ta’ Ġesù għandu triq oħra: it-triq interjuri, il-mixja fih innifsu, il-mixja li biha d-dixxiplu jfittex lill-Mulej kuljum, bit-talb, bil-meditazzjoni.

Id-dixxiplu għandu jimxi din it-triq ukoll, għax jekk ma jibqax ifittex dejjem lil

Alla, il-Vanġelu li jwassal lill-oħrajn ikun Vanġelu debboli, artab, mingħajr qawwa.  Din il-mixja doppja, żied Franġisku, hi dik li jrid Ġesù mingħand id-dixxipli tiegħu.

Hemm imbagħad it-tieni kelma: “aqdi”.  Jekk id-dixxiplu ma jservix lill-oħrajn, mhux nisrani.  Id-dixxiplu jrid jipprietka dak li għallem Ġesù f’dawk iż-żewġ pilastri tal-kristjaneżmu: il-Beatitudnijiet u l-protokoll li fuqu aħna se niġu ġudikati li nsibu fil-Vanġelu ta’ San Mattew kapitlu 25.  Dawn iż-żewġ pilastri, wissa l-Papa, huma l-gwarniċ tas-servizz evanġeliku.

Jekk dixxiplu ma jimxix biex iservi, dan ma jistax jimxi.  Jekk ħajtu mhix għas-servizz, xejn ma jiswielu li jgħix bħala nisrani.  Hawn insibu t-tentazzjoni tal-egoiżmu: “Jien nisrani, ninsab fil-paċi, inqerr, immur il-quddies, nosserva l-kmandamenti.

Imma s-servizz, staqsa l-Papa?  Is-zervizz lill-oħrajn, is-servizz ta’ Ġesù lill-marid, lill-imġewwaħ, lill-ħabsi, lil min hu għeri.  Dak qalilna biex nagħmlu Ġesù għax hu hemm jinsab, f’dawn ħutna!  Is-servizz ta’ Kristu jinsab fl-oħrajn.

It-tielet kelma hija : gratwità.  It-twissija ta’ Ġesù, din kienet: B’xejn ħadtu, b’xejn

għandkom tagħtu.  Il-mixja tas-servizz hi mingħajr ħlas, saħaq il-Papa Franġisku, għax aħna b’xejn irċevejnieha s-salvazzjoni, hija grazzja pura.  Ħadd minna ma xtara s-salvazzjoni, ħadd minna ma stħaqqitlu.  Hija purament grazzja tal-Missier f’Ġesù Kristu, fis-sagrifiċċju ta’ Ġesù Kristu.

Isewdulek qalbek l-insara li jinsew din il-Kelma ta’ Ġesù: B’xejn ħadtu, b/xejn għandkom tagħtu.  Hu ta’ swied il-qalb tara komunitajiet insara, parroċċi, kongregazzjonijiet reliġjużi, djoċesijiet, li jinsew il-gratwità, għax wara dak kollu li jagħmlu hemm moħbi l-ingann li jaħsbu li s-salvazzjoni tiġi mill-ġid materjali, mill-poter uman

Tliet kelmiet, tenna l-Papa: il-mixja bħala missjoni biex inħabbru.  Is-servizz: il-ħajja tan-nisrani mhix għalih innifsu imma għall-oħrajn, l-istess bħalma kienet il-ħajja ta’ Ġesù.  U t-tielet: il-gratwità.  It-tama tagħna tinsab f’Ġesù Kristu li jibgħatilna tama li ma tqarraq qatt.

Iżda, wissa l-Papa, meta t-tama tinsab fil-kumditajiet personali jew fl-egoiżmu li nfittxu biss dak li jaqbel lilna nfusna, jew meta tamitna tkun fil-ġid materjali jew fiċ-ċertezzi dgħajfa tad-dinja, kollox jiġġarraf.  Il-Mulej stess iġarraf kollox, temm il-Papa.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: