Home > Domandi, Ġenerali > L-Ewkaristija sinjal?

L-Ewkaristija sinjal?


DOMANDA

Smajt saċerdot jgħid li l-kelma, sagrament tfisser sinjal. Issa aħna nemmnu li l-preżenza ta’ Kristu fl-Ewkaristija hija reali mhux sinjal. Allura kif ngħidu li l-Ewkaristija hija sagrament (li tfisser sinjal)?  (Tony Catt, 12 ta’ Ġunju 2015)

———

Il-Museum ta’ Dun Gorg konna nitgħallmu li l-kelma ‘Sagrament’ tfisser “sinjal li jidher ta’ realta’ li ma tidhirx”. Hekk li tbissima jew daħqa fuq il-wiċċ hija sinjal ta’ kuntentizza interna. Jew biex nieħdu eżempju iktar ordinjarju, ir-riħa tfuħ ta’ borma tisjir hija sinjal tat-tjubija tal-ikel !

L-interpretazzjoni popolari u tal-qassisin dwar il-konsagrazzjoni dejjem qanqlet fija kurżita’ biex nifhem il-‘misteru’ tal-ewkaristija. Il-konsagrazzjoni tiġi eżatt fin-nofs tal-Quddiesa, li hi l-aqwa u l-ikbar talba għalina l-insara. Kif nafu iċ-ċelebrant jirrepeti quddiem il-miġemgħa il-kliem ta’ Kristu “Dan hu ġismi li jingħata għalikom; dan hu demmi li jixxerred għall-fidwa tal-kotra”.

Issa aħna nitgħallmu u nemmnu li l-ġemgħa f’għaqda ma’ dawk kollha li jemmnu hija l-Knisja, li hi il-Ġisem Mistiku ta’ Kristu. Mela l-kliem ta’ Kristu japplika wkoll għall-Knisja li hi il-ġisem mistiku tiegħu. Għalhekk nemmnu li l-insara huma msejħa biex jissieħbu fis-sagrifiċċju ta’ Kristu permezz tal-impenn tagħhom fid-dinja, biex “tiġi saltnatu fl-art bħalma hi fis-sema”.

Naħseb li meta ngħidu li Kristu jinsab realment fl-Ewkaristija irridu nifhmu li din hi realta’ sagramentali jew mistika, fis-sens li l-knisja hi il-ġisem (bid-demm u allura bil-ħajja) ta’ Kristu nnifsu permezz tal-Ispirtu s-Santu li jaħdem fiha illum, wara l-mewt u l-Qawmien ta’ Kristu.

Għidt ‘naħseb’ għax m’inix teologu, u għax wasalt għaliha bis-saħħa ta’ dak li tgħallimt mingħand lajċi u qassisin li nfluwenzawni u wara ħafna ħsieb (u dubji) fuq is-suġġett. Lest nisma’ interpretazzjonijiet oħra differenti minn dawk popolari. (I.M.D. Little, 26 ta’ Ġunju 2015)

 

Categories: Domandi, Ġenerali
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: