Home > Domandi, Ġenerali > Minn fejn gejja l-kelma “Madonna”

Minn fejn gejja l-kelma “Madonna”


DOMANDA

Nixtieq inkun naf main fejn gejja l-kelma Madonna ghax nahseb li hemm hafna tifsiriet jekk taqsam il-kelma. Ma Donna. (Godwin Ciantar, 4 ta’ Ġunju 2015)

TWEĠIBA minn Joe Farrugia

Il-kelma, “Madonna” ġejja mil-Latin, “Mea Domina” u dan kien titolu ta’ unur u rispett li kienu jagħtu lin-nisa ta’ ċerta pożizzjoni. Fit-Taljan juzaw “Mia Signora”. Fil-Franċiz insibu “Madame”. Biż-żmien it-titolu (mhux isem) beda jkun użat biss b’sinjal ta’ rispett u qima, għall-Verġni Marija Omm Ġesù.

Sintendi l-kelma ma nsibuha mkien fil-Bibbja, u minħabba dan xi persuni minn denominazzjonijiet insara oħra jikkritakaw lilna l-kattoliċi għaliex nużaw ukoll din il-Kelma għall-Ommna Marija.

Personalment inħoss li l-kelma mhix daqstant maqtuha mill-Evanġelju għaliex għalkemm “Madonna” mhix biblika, madankollu “donna” li fit-Taljan tfisser “mara” tfakkarni fil-Mara li nsibu msemmija darbtejn fl-Evanġelju skont San Ġwann; l-ewwel darba fit-Tieġ ta’ Kana, u t-tieni darba fuq il-Kalvarju, fejn Kristu nnifsu lil Ommu jsejħilha “Mara”.

Bla dubju ta’ xejn dan ma kienx xi nuqqas ta’ rispett minn Ġesù lejn Ommu, imma kliemu jfakkarna f’dik il-Mara li Alla jwiegħed fil-Ġnien ta’ Eden, meta qal lix-xitan, “Inqajjem gwerra bejnek u bejn il-Mara, bejn in-nisel tiegħek u n-nisel tagħha, u Huwa jisħaqlek rasek”.

Dik il-wegħda tal-Missier bdiet it-twettieq attwali tagħha malli Ġesù beda l-ħajja publika tiegħu u allura fit-Tieġ ta’ Kana fejn wettaq l-ewwel miraklu u bdiet l-ewwel komunità nisranija għax “id-dixxipli emmnu fih”. Sabet il-milja tagħha l-opra tal-Fidwa mwettqa minn Ġesù bil-passjoni, il-mewt u l-qawmien tiegħu mill-imwiet. Fiż-żewġ mumenti kienet preżenti b’mod attiv, “il-Mara”, Marija Omm Ġesù u Ommna. (4 ta’ Ġunju 2015)

Categories: Domandi, Ġenerali
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: